Bouncer mhux ħati li ta daqqa ta' ponn lil mara

  • Fra 13, 2018 16:10
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 48 sena minn San Ġwann li jaħdem bħala bouncer ma nstabx ħati li ta daqqa ta' ponn lil mara f'Paceville.

    Il-bouncer, Stephen Catania, huwa l-istess wieħed li fl-2016 kien ikkundannat xahrejn ħabs wara li nstab ħati li ma' ieħor ħebbew għal żewġ Taljani.

    Huma kienu appellaw mis-sentenza u din ġiet mibdula f'waħda ta' probation għal tliet snin.

    F'dan il-każ, Catania kien mixli li fit-8 ta' Settembru 2012, għall-ħabta tal-4.00 a.m. fl-istabbilimetn “Clique”, ħebb għal Ruth Laus.

    Il-każ kellu l-bidu tiegħu meta Laus marret fl-għassa ta' San Ġiljan ma' Paul Borg li kien l-eks-sieħeb tagħha.

    Huma rrappurtaw li waqt li kienu qed jitkellmu mar bouncer fuqha, ġibidha b'mod aggressiv biex toħroġ u wara li marru bouncers oħra xi ħadd xejrilha daqqa ta' ponn.

    Waqt li Laus qalet li ma kinietx taf min kien, Borg sostna li kien ċertu Steve minn San Ġwann.

    Borg spiċċa qala xebgħa allegatament mingħand xi bouncers u kellu jittieħed bl-ambulanza l-isptar.

    Il-Pulizija ġabret filmat tas-CCTV camera fejn l-inċident ma' Laus ma deherx u dehru xi nies jagħtu xebgħa lil Borg għalkemm ma ġiex stabbilit b'ċertezza li min ħebb għalih kienu bouncers.

    Catania tressaq fil-Qorti bil-każ jinstema quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke.

    Borg sostna fl-awla li kien Catania li ta daqqa ta' ponn lil Laus u kisrilha snienha u wara li ħarġuhom 'il barra mar jerġa' jkellmu u qala' xebgħa fejn daħħlulu mus jew sikkina fil-warrani.

    Fil-kontro-eżami tal-avukat difensur, Borg qal li huwa kien assuma li Catania weġġaha imma ammetta li kien hemm geġwiġija.

    Min-naħa tagħha Laus qalet li ma tafx min kien il-bouncer li ġibidha u min taha daqqa ta' ponn waqt li semmiet kif kien Borg li qalilha li kien Catania li taha d-daqqa.

    Catania għażel li jixhed fejn sostna li lil Laus u Borg ma rahomx dakinhar u nsista li l-inċident inqala' barra.

    Xehed ukoll Andrew Ciantar li kien ma' Catania dak il-ħin fejn sostna huwa dam ħin twil ħdejn l-akkużat u ma rah involut f'ebda ġlieda.

    Wara li semgħet dawn ix-xhieda l-Maġistrat Clarke irrimarkat li mill-provi ma rriżultax fiċ-ċert li kien Catania li ta d-daqqa lil Laus.

    Hija iddeskriviet ukoll ix-xiehda ta' Borg bħala waħda kunfliġġenti u mhux ta' min joqgħod fuqha.

    “Mis-CCTV 'footage' esebit kull ma jidher huwa l-inċident li fih Paul Borg qala' xebgħa kbira liema inċident m'għandux x'jaqsam mal-proċeduri odjerni. Għalhekk il-verżjoni mogħtija mill-imputat hija dik aktar kredibbi u veritiera”, żiedet tgħid.

    Kien għal dawn ir-raġunijiet li hija ma sabitx lil Catania ħati tal-akkuża miġjuba kontrih mill-Ispettur Trevor Micallef.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0