ARA: Jgħid li vvjaġġa fi żmienna mill-2030 … u test tal-gideb jikkonferma li qed jgħid il-verità!

  • Fra 13, 2018 20:00
  • Miktub minn iNews

    Raġel li qed jisħaq li vvjaġġa fiż-żmien mill-futur irnexxielu jgħaddi b’suċċess test li jagħraf il-gideb. Ir-raġel, li qal li vvjaġġa fi żmienna mis-sena 2030, saħansitra qal li l-President Amerikan Donald Trump kien se jerġa’ jkun elett bħala President Amerikan wara t-terminu attwali, u li r-robots kienu se jieħdu l-kontroll tad-dinja.

    F’filmat ir-raġel, li kellu wiċċu mċjapar u leħmu mibdul biex ma jingħarafx – qal li rriskja ħajtu biex ikun jista’ jivvjaġġa lura fiż-żmien.

    Huwa qal lil-missjoni tiegħu hija li jgħid lill-popolazzjoni umana x’se jkun qed jiġri fil-futur. Kompla jgħid li fil-futur it-teknoloġija tant se tkun żviluppat li se tkun tista’ tieħu ħsieb il-faċendi tad-dar.

    Fost affarijiet oħrajn żvela wkoll li fis-sena 2030 il-President Amerikan se tkun persuna misterjuża li ġġib l-isem ta’ Ilana Remikee. Dan filwaqt li l-bniedem mistenni li jilħaq il-pjaneta Mars fl-2028, u fl-istess sena jkun skopert is-sigriet għall-ivvjaġġar fiż-żmien.

    Dak li qal wassal għal xettiċiżmu kbir fil-konfront tiegħu. U kien proprju għalhekk li ddeċieda li jissottometti ruħu għal test tal-gideb filwaqt li jkun irrekordjat.

    Madankollu wieħed ta’ min jirrimarka li tali testijiet ma jkunux qed jirriflettu jekk dak imwieġeb huwiex minnu jew le, iżda jekk min ikun qed jirrispondi jkunx qed jemmen li qed jgħid il-verità jew le.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0