inewsmalta.com



Jinstabu madwar 150 kilo droga lesta biex tiġi traffikata abbord vapur tal-merkanzija

  • Fra 13, 2018 20:14
  • Miktub minn iNews

    Ilbieraħ filgħaxija f’ħidma konġunta bejn membri mill-iskwadra ta’ kontra il-Vizzju tad-Droga u b’assistenza minn uffiċjali tad-Dwana ta’ Malta, saret sejba ta’ droga fuq Vapur tal-Merkanzija.

    Il-vapur li huwa reġistrat il-Panama u li r-rotta tiegħu tinkludi diversi pajjiżi minn madwar id-dinja kien spezzjonat u instabu numru ta’ paketti mdawrin bil-plastik. F’dawn il-paketti nstabu madwar 150 kilo droga maħsuba kannabis lesta biex tiġi traffikata.

    Mill-investigazzjonijiet li saru s’issa ma jidhirx li din id-droga kienet għas-suq lokali. Investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward il-każ għadhom għaddejjin.

    Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Y. Micallef Stafrace LLD li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    MALTI.
    Fra 14, 2018

    Prosit lil minn wetaq b sucess din il qabda,pero nixtieq nhara iktar kontroll fuq minn diehel minn Sqallija,kontroll ta xejn kullhadd jibqa ghadej,dan mhux sewwa.

    Irrispondi
  •  
    MALTI.
    Fra 14, 2018

    Karozzi u trakijiet minn jaf xfihom liberta kbira u telf ghal pajjis,morru go resturant Taljan jew Sqalli u taraw xi sibu,imbid ghagin xorb etc,u xi nejdu ghal affarijiet ohra,il kontroll igib is serjeta,spica kollhox.

    Irrispondi
  •  

Facebook