inewsmalta.com



Il-Hepatitis C se tkun eliminata minn Malta sal-2025 … F'April li ġej se tibda tingħata mediċina b'xejn

  • Fra 14, 2018 10:31
  • Miktub minn iNews

    Sal-2025 il-marda tal-Hepatitis C se tkun eliminata minn Malta. Ħabbar dan il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne filwaqt li spjega li l-Gvern nieda strateġija nazzjonali għal dan il-għan. F’konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li f’Malta hawn madwar 1,000 persuna li għandhom dan il-virus li primarjament jittieħed jew minn kuntatt sesswali, jew użu ta’ siringi kkontaminati, jew inkella jkun trasmess mid-demm.

    Il-Ministru Fearne ħabbar ukoll li minn April li ġej se tibda tingħata b’xejn lil dawk il-persuni li huma affettwati minn din il-marda. Fl-istess waqt qal li l-pjan strateġiku tal-Gvern, apparti li se jkun qed jipprovdi l-mediċina, se jkun qed jikkonsisti minn kampanja ta’ informazzjoni mal-pubbliku biex ikun jaf ir-riskji. Dan filwaqt li se jkun qed isir ukoll screening fost dawk l-aktar suxxettibbli għall-virus.

    Il-Ministru Fearne kompla jgħid li sa ftit tas-snin ilu, il-prezz tal-mediċina kien ta’ 75,000 għal kull pazjent. Madankollu wara negozjati li għamel il-Gvern, il-prezz naqas. Ma ngħatatx informazzjoni dwar kemm effettivament naqas il-prezz tal-mediċina għal raġunijiet kummerċjali. Madankollu l-Ministru Fearne saħaq li l-ftehim milħuq jikkonsisti li l-Gvern se jkun qed iħallas lill-aġenti tal-mediċina għall-pazjenti li jkunu kkurati mill-marda.

    Dr Sascha Reiff, li se jkun responsabbli mill-istrateġija nazzjonali mnedija mill-Gvern, qal li se jkunu kkurati madwar 200 pazjent fis-sena. Qal li bil-mediċina li se tkun użata, ir-rata ta’ suċċess hija ta’ madwar 90%-95%. Dan meta r-rata ta’ suċċess tal-mediċina preċedenti kienet biss ta’ madwar 50%.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook