Nanna “Maltija” b'appell dwar għibien ta' neputi

  • Fra 14, 2018 10:55
  • Miktub minn iNews
"

    Mara ta' 62 sena li tgħix l-Ingilterra imma ta' dixxendenza Maltija qed tappella għall-għajnuna biex jinstab in-neputi tagħha li għeb f'Settembru li għadda.

    Susan Caruana għandha l-kustodja legali ta' neputiha Alex Batty, tifel ta' 12-il sena minn Oldham li l-aħħar li deher kien fit-30 ta' Settembru li għadda f'Malaga, Spanja, ma' ommu Melanie ta' 38 sena u nannuh David ta' 58 sena li jiġi l-eks-raġel tagħha.

    Hija temmen li bintha u l-eks-sieħeb tagħha ħarbu bit-tifel għax iriduh jgħix ħajja differenti fejn anke rrimarkat li huma ma jemmnux fl-iskola u ma riedux jibgħatuh f'waħda.

    Il-Pulizija ta' Greater Manchester ikkonfermat li Melanie u David Batty jinsabu mfittxin fuq il-ħtif tat-tifel u għalkemm temmen li ma jinsabx f'riskju ta' xi ħsara immedjata hemm tħassib dwar l-istat tiegħu.

    Caruana kienet ilha tieħu ħsieb lil neputiha għal tliet snin u ħallietu jmur vaganza ma' ommu u nannuh minħabba li ma setgħetx tieħdu hi għal raġunijiet ta' saħħa.

    In-nannu, l-omm u t-tifel kellhom jirritornaw fir-Renju fit-8 ta' Ottubru li għadda u r-raġel ta' Caruana kellu jmur jiġborhom mill-ajruport madankollu hija rċeviet messaġġ fuq Facebook li kien jikkonsisti f'vidjow fuq YouTube.

    Fil-vidjow it-tifel qal lil nanntu li kien miljun darba aħjar li jgħix ma' ommu u ma' nannuh milli ma' nanntu u għalkemm Caruana għall-ewwel ħassitha mweġġa' aktar ma għadda l-ħin aktar bdiet titħasseb.

    Investigazzjoni tal-Pulizija sabet li t-tlieta ħallew il-villa li kienu qed joqgħodu fiha f'Benahavis u aktarx li ippruvaw imorru f'Melilla, li tinsab viċin il-Marokk, pajjiż li l-omm kienet diġa għexet fih mal-istess tifel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0