Il-midfielder ta' Hull Ryan Mason sforzat jirtira mill-football

  • Fra 14, 2018 11:10
  • Miktub minn iNews
"

    Il-midfielder ta' Hull City, Ryan Mason, ġie sfurzat jirtira mill-football fl-etá ta' 26 sena wara li kien sofra ksur fil-kranju f'partita kontra Chelsea s-sena li għaddiet.

    Mason li lagħab f'partita internazzjonali għal Ingilterra fl-2015, kellu bżonn operazzjoni wara li ħabat ras ma’ ras mad-difensur Gary Cahill.

    Id-deċiżjoni li jirtira ttieħdet "wara li ngħata parir minn diversi newroloġi famużi". 

    Mason qal li ħadem bis-sħiħ biex jirritorna għal-logħob, iżda r-riskju involut ma tah l-ebda għażla ħlief li jirtira.

    Mason beda l-karriera tiegħu ma' Tottenham qabel ma ngħaqad ma' Hull għas-somma rekord tal-club dik ta' £13-il miljun, f'Awwissu 2016.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0