inewsmalta.com



Diego Maradona: "Higuain jiswa għaxar darbiet daqs Icardi"

  • Fra 14, 2018 11:14
  • Miktub minn iNews

    Il-leġġendarju Diego Maradona kkritika bl-aħrax lil Mauro Icardi u lil Lucas Biglia u insista li Gonzalo Higuain jiswa għax darbiet aktar mill-attakkant ta' Inter.

    L-ex stilla Arġentina u ta' Napoli stqarr: "Jekk Leo Messi jkun forma tajba, huwa player kapaċi li jaħbi l-limitazzjonijiet kollha tat-team nazzjonali Arġentin. Il-problema tal-Arġentina hija li ma għandhiex players ta' talent li jagħtuh appoġġ.  Bħal eżempju ma għandniex midfielders ta' klassi.  Bla offiża ta' xejn min qatt seta' jimmaġina li Biglia jilbes il-flokk tat-team nazzjonali?

    Illum il-ġurnata ħadd ma għadu jibża' mill-Arġentina. Minbarra Messi, in-nies tilfu r-rispett lejn il-flokk tal-Albiceleste."

    Maradona ma naqasx li jinsulta lill-attakkant Mauro Icardi ta' Inter. "Bla dubju ta' xejn Carlos Tevez jixraqlu jkun msejjaħ fl-iskwadra għat-Tazza tad-Dinja. M’hemm ħadd aħjar minnu f'dik il-pożizzjoni. Higuain jixraqlu li jingħata opportunitá, għaliex huwa għaxar darbiet aħjar minn Icardi".

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook