Tlieta mhux ħatja dwar droga f''joystick' ġol-Ħabs

  • Fra 14, 2018 12:21
  • Miktub minn iNews

    Żewġ priġunieri u oħt wieħed minnhom ġew illiberati minn akkużi fil-Qorti b'rabta mas-sejba ta' droga eroina f''joystick' li ddaħħlet fil-Ħabs.

    Dwar dan il-każ kienu tressqu fil-Qorti Sandro Mifsud ta' 40 sena, Joswa Fenech ta' 34 sena u oħtu Georgette Fenech ta' 30 sena.

    Kien fit-3 ta' Ottubru 2008 meta Matthew Agius mill-fondazzjoni “Mid-Dlam għad-Dawl” mar il-Ħabs u ħalla 'joystick' tal-Playstation għal Mifsud.

    Il-'joystick' tħalliet fis-Sezzjoni tad-Debituri u peress li Mifsud beda jinsisti għaliha wieħed mill-gwardjani tal-Ħabs, Mario Ellul, ġieh suspett.

    Flimkien mal-gwardjan Josef Bonnici huwa fetaħ il-'joystick' fejn fiha sabu oġġett bħal ballun imdawwar bit-tape u mdaħħal f'ingwanta tal-lastiku.

    L-Ispettur Johann Fenech informa lil Agius li kienu sabu d-droga fil-'joystick' b'dan tal-aħħar jgħidlu li kien Mifsud li talab għaliha u li kienet għadditilu ċertu Georgette Fenech li kellha lil ħuha Joswa fl-istess diviżjoni ma' Mifsud.

    Iż-żewġ priġunieri u l-mara spiċċaw tressqu quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras fejn ġew akkużati b'pussess u traffikar tal-kokaina.

    Madankollu l-istess maġistrat ikkonkludiet li f'dan il-każ kien hemm nuqqas fiċ-'chain of evidence' għax ma rriżultax kif il-'joystick' bil-kontenut fiha wasal għand l-uffiċċju tal-Ispettur Fenech.

    Hija rrimarkat ukoll li għalkemm is-Sezzjoni tad-Debituri kienet tingħalaq f'ċertu ħin, l-ixkaffar fejn tqegħdet il-'joystick' ma kienx jissakkar.

    L-imsemmija maġistrat semmiet ukoll li ma tressqitx prova li l-borża li ngħata l-ispiżjar Godwin Sammut biex jeżaminaha, u li fiha rriżulta li kien hemm 4.6 grammi eroina, kienet l-istess li nstabet fil-'joystick'. 

    Kien għalhekk li hija ikkonkludiet li ma tressqu ebda provi li b'ċertezza jorbtu s-sejba mat-tliet akkużati u għalhekk illiberathom mill-akkużi kontrihom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0