JPO jeħodha qatta’ bla ħabel kontra l-Arċipriet ta’ Ħaż-Żebbuġ

  • Fra 14, 2018 14:16
  • Miktub minn iNews

    Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Jeffrey Pullicino Orlando, f’kumment li għamel fuq il-midja soċjali qed jallega li l-Arċipriet ta’ Ħaż-Żebbuġ qed jagħmillu ħsara professjonali għal raġunijiet partiġġjana.

    Fil-kumment tiegħu Pullicino Orlando saħaq li diversi persuni, ħbieb u pazjenti, qed ikellmuh dwar dak li qed jgħid Fr Daniel Cardona, li min-naħa tiegħu qal li seta’ kien qed jiċċajta biss.

    Pullicino Orlando kompla jgħid li dan mhux l-uniku inċident li kellu mal-Arċipriet, fejn anke semma billboard fuq iz-zuntier tal-Knisja waqt ir-referendum tad-divorzju li skont l-istess Pullicino Orlando kellu l-għan li jipprova jżeblaħ bih professjonalment.

    Huwa temm billi ħeġġeġ lil Fr Cardona biex jerġa’ jaqra d-diversi siltiet mill-Bibbja li jitkellmu kontra min jagħmel il-ħsara lill-proxxmu bi kliemu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0