Somalu jintbagħat sentejn ħabs wara li fera tnejn oħra b’sikkina

  • Fra 14, 2018 14:45
  • Miktub minn iNews
"

    Duale Abokor Mustafa, Somalu ta’ 37 sena li joqgħod ix-Xewkija Għawdex, kien ikkundannat sentejn ħabs wara li nstab ħati li darab gravi żewġt’irġiel Somali oħra b’daqqiet ta’ sikkina. Huwa nstab ħati wkoll li kellu fil-pussess tiegħu sikkina mingħajr permess u li hedded lil Nurdin Farah Saad. 

    Minkejja dan, il-Maġistrat Joseph Mifsud ma sabux ħati li pprova joqtol lil Saad u lil Jimale Sulub Ismail, iżda fl-istess waqt ordnalu biex ma jersaqx lejhom għal perjodu ta’ sentejn biex jipproteġihom. 

    Fl-għoti tas-sentenza, il-Maġistrat Mifsud innota li l-parti l-kbira tal-barranin li jgħixu f’dan il-pajjiż huma paċifiċi u jirrispettaw il-liġi. Mill-banda l-oħra esprima t-tħassib tiegħu dwar in-numru ta’ reati kommessi minn “numru żgħir ta’ barranin” li kulma jmur qed ikompli jikber u qal li sitwazzjoni bħal din hi intollerabbli. 

    Konsegwentement sab lil Mustafa ħati li kkaġuna ġrieħi gravi fuq Saad u Ismail, li kellu sikkina mingħajr permess u li hedded lil wieħed minnhom u kkundannah sentejn priġunerija. 

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0