Il-PD jgħid li qed isir abbuż rampanti f’barriera fis-Siġġiewi

  • Fra 14, 2018 15:30
  • Miktub minn iNews

    Il-Partit Demokratiku qajjem mistoqsijiet fuq “in-nuqqas ta’ infurzar min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar” u għamel referenza għal każijiet severi ta’ rimi llegali u l-bidla fl-użu tal-art, bl-iktar eżempju riċenti jkun dak fil-viċinanzi ta’ Għar Lapsi, limiti tas-Siġġiewi. 

    Il-PD tenna li l-iskart tal-kostruzzjoni qed jintrema barra mill-ambitu tal-permessi biex timtela barriera li mhix qed tintuża. Qal li s-sidien tal-barriera fis-Siġġiewi mhux biss qed jarmu fil-konfini tagħha iżda qed jużaw ukoll il-kampanja bħala art li fiha jarmu l-iskart tagħhom.

    Żied jgħid li jirrikonoxxi l-importanza ekoloġika potenzjali bħalma hu l-każ f’Wied Għomor u Bulebel, li “għandhom ikunu protetti minn żvilupp żejjed u li d-destin tagħhom se jitħabbar dalwaqt.”

    Finalment, il-Partit Demokratiku sejjaħ għal infurzar aktar b’saħħtu f’Malta fis-setturi kollha u meta jkunu applikati l-liġijiet u l-policies kollha li jirregolaw l-ambjent u l-wirt naturali ta’ pajjiżna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook