Bar f'Paceville ordnat jagħti lukanda €25,000 … minħabba mużika qawwija tilfet kuntratt u residenti

  • Fra 14, 2018 17:30
  • Miktub minn iNews
"

    Is-sidien ta' bar f'Paceville ġew ordnati jagħtu €25,000 lil-lukanda ta' fuqu wara li nstab li daqq mużika b'volum għoli wassal biex kien hemm residenti li telqu mil-lukanda.

    Il-kawża nfetħet mill-kumpanija Perla Hotels Limited kontra Native Limited, Lifetime Limited, Hugo's Hotel Limited, Hugo Chetcuti, Maryrose Scerri u Peter Paul Vella.

    Fil-kors tal-provi rriżulta li Hugo's Hotel, Hugo Chetcuti, Maryrose Scerri u Peter Paul Vella ma kellhomx x'jaqsm u għalhekk il-kawża ssuktat kontra Native Limited u Lifetime Limited.

    Mill-istess provi rriżulta li l-kumpanija Perla Hotels kienet il-proprjetarja tal-Hotel Gorgianis fi Triq Santu Wistin għalkemm minn dak iż-żmien 'il hawn għalqet.

    Il-lukanda kienet tinsab fuq il-bars “Native” u “Haze” li jmissu ma' xulxin u li s-sidien tagħhom kienu l-kumpaniji Native u Lifetime.

    Il-kumpanija allegat li minħabba l-istorbju tal-mużika f'ħinijiet mhux permessi, bejn l-2010 u l-2012, tilfet €30,000 għal grupp mir-Rumanija li ħassar l-akkomodazzjoni, €110,000 fis-sena mill-iskola EF wara li ikkanċellat il-kuntratt, nefqet €100,000  f''double glazing' u ma baqgħetx tuża disa' sodod li kienu fuq il-bars.

    Rapport tekniku ikkonkluda li l-mużika amplifikata u iġġenerata min-“Native Bar” kienet qed jinstema fil-kmamar tas-sodda u dan wassal biex il-kumpanija mhux biss tilfet il-kuntratti imma daħlet fi spejjeż oħra.

    Fl-istess waqt huwa qal li l-kumpanija ma ressqitx provi biex tikkwantifika t-telf tagħha u għalhekk waqt li taha raġun ikkonkluda li dan kellu jkun ta' €25,000. 

    Kien għalhekk li l-Imħallef Chetcuti ordna lil Lifetime Limited u Native Limited biex jagħtu l-imsemmi kumpens lil Perla Limited għad-danni li kkaġunawlha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0