Mhux ħati ta' rapport falz fuq żewġ pulizija

  • Fra 14, 2018 20:00
  • Miktub minn iNews

    Raġel ta' 42 sena ma nstabx ħati li għamel rapport falz fuq żewġ uffiċjali tal-Pulizija.

    Joseph Aquilina kien mixli li fit-18 ta' Ottubru 2016, għall-ħabta tal-4.00 p.m. fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, bil-ħsieb li jagħmel ħsara lill-Ispettur Christabelle Chetcuti u lill-Kuntistabbli Christian Anthony Agius akkużahom li wettqu reat meta kien jaf li huma innoċenti.

    Huwa kien akkużat ukoll li qal lill-Pulizija li seħħ reat meta kien jaf li dan ma kienx minnu, li kkommetta dan ir-reat fi żmien meta kien hemm ordni ta' probation maħruġa mill-Maġistrat Doreen Clarke u li kiser sentenza tal-istess maġistrati.

    Il-każ kellu l-bidu tiegħu fl-imsemmi jum meta Aquilina mar l-għassa ta' Ħaż-Żabbar wara li rċieva nota 'letter to call' għax kellu notifika mill-Qorti.

    Aquilina ma qabilx ma' dak imniżżel fin-nota u ma riedx jaċċetta l-istess dokument bil-każ jikber u jispiċċa billi huwa għamel rapport lill-Pulizija.

    Peress li rriżulta li l-ilment ma kienx ġustifikat, il-Pulizija ressqet lil Aquilina fil-Qorti.

    Madankollu l-Maġistrat Joe Mifsud irrimarka li f'dan il-każ Aquilina għamel rapport dwar inċident li fil-fehma tiegħu seħħ u mkien ma jirriżulta li kien qed joħloq xi ħaġa.  

    Fl-istess waqt l-imsemmi maġistrat irrimarka li l-prosekuzzjoni messha kienet aktar kawta qabel għaġġlet u iddeċidiet li toħroġ l-akkużi kontra Aquilina.

    “Hija l-Qorti li trid tagħmel apprezzament tal-fatti u tara min hu ħati u min m'huwiex u mhux x'temmen il-prosekuzzjoni meta jisimgħu lilhom infushom mingħajr ma jagħtu kont lejn iċ-ċittadin li jistenna mingħandhom spjegazzjonijiet għad-domandi u n-nuqqas ta' ftehim li jista' jkun hemm”.

    Il-Maġistrat Mifsud żied li huwa ma jridx proċessi quddiemu nofs kedda anke jekk irrimarka li huwa jifhem li l-Internal Affairs Unit fi ħdan il-Korp hija impenjata b'wisq xogħol ta' kull tip u jista' jkun li m'hemmx riżorsi umani biżżejjed. 

    “Ħafna mill-membri tal-Korp qegħdin jagħmlu ħafna aktar minn dak mistenni minnhom biex jagħtu servizz liċ-ċittadini u ma għandhomx jispiċċaw jgħaddu ġuri fi ħdan il-Korp tal-Pulizija meta jkun hemm sempliċi rapport jew ilment”, żied jgħid l-imsemmi maġistrat.

    Huwa ikkonkluda li Aquilina ma kellux jinstab ħati tal-akkużi miġjubin kontrih mill-Ispettur Jesmond Borg u għalhekk illiberah minnhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook