Eżekuzzjoni ta' priġunier titħassar wara li ma setgħux isibulu vina biex jamministrawlu l-injezzjoni letali!

  • Fra 26, 2018 13:04
  • Miktub minn iNews
"

    Tim ta’ eżekuzzjoni f’Alabama ħallew lil priġunier li kellu jingħata l-mewt b’injezzjoni letali b’aktar minn 12-il toqba ta’ siringa f’saqajh u l-koxox wara li ma setgħux isibu vina fejn jamministrawlu l-injezzjoni letali. L-eżekuzzjoni kienet skedata għall-qattiel Doyle Lee Hamm, li fl-1987 kien qatel ħaddiem ta’ motel. Huwa kien ingħata s-sentenza tal-mewt f’Diċembru tal-istess sena.

    Huwa kien instab ħati li qatel lil Patrick Cunningham u seraqlu $410. L-eżekuzzjoni ta’ Hamm bdiet tard nhar il-Ħamis li għadda wara li diversi appelli li ddaħħlu fl-aħħar ħin ma ntlaqgħux.

    Madankollu wara diversi minuti bit-tim ta’ eżekuzzjoni ripetutament ma jirnexxilhomx isibu vina biex jamministraw l-injezzjoni, l-eżekuzzjoni eventwalment kellha titħassar.

    Dan irriżulta f’dak li l-avukat ta’ Hamm, Bernard Harcourt, ikklassifika bħala tortura, fejn spjega li l-priġunier kien tħalla b’aktar minn 12-il toqba ta’ siringa, b’uħud minnhom li setgħu ppenetrawlu wkoll fil-borża tal-urina.

    Wara li l-eżekuzzjoni ġiet posposta għal diversi sigħat, Harcourt irnexxielu jikkonvinċi lil imħallef federali biex jagħżel tabib biex jeżamina lil Hamm.

    Huwa qal li tul il-proċess biex tinstablu vina, il-klijent tiegħu baqa’ mimdud fuq l-istreċer jitlob u jittama li jirnexxilhom f’dak li kienu qegħdin jagħmlu minħabba l-uġigħ li kien qed isofri.

    S’issa għadu mhux magħruf għal meta se titmexxa l-eżekuzzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0