Tifel Ċiniż jeħel fil-lift wara li jagħmel l-awrina fuq il-buttuni!

  • Fra 26, 2018 16:48
  • Miktub minn iNews
"

    Tifel Ċiniż spiċċa maqbud f’lift wara li għażel li jagħmel il-bżonnijiet tiegħu fiha u kaġun ta’ hekk ikkaġuna short-circuit. Filmati li nġibdu mill-kameras tas-sigurtà fil-lift juru lit-tifel jagħmel l-awrina fuq il-buttuni tal-lift waqt li inzerta kien qed jagħmel użu mil-lift waħdu nhar it-23 ta’ Frar li għadda f’kumpless fil-belt ta’ Chongqing.

    Il-lift dlonk waqaf jaħdem, bil-bieb ma ried jinfetaħ b’xejn. Madankollu t-tifel ma tantx dam wisq grazzi għall-intervent f’waqtu tal-ħaddiema.

    Dan ma kienx l-uniku inċident tax-xorta tiegħu li seħħ fiċ-Ċina. Fil-fatt f’Awwissu tas-sena li għaddiet, tifel ta’ sitt snin ukoll iddeċieda li jagħmel l-urina fuq il-buttuni tal-lift. B’xorti ħażina t-tifel waqa’ fix-xaft tal-lift u dam f’koma għal 16-jum.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0