Mudella ‘unika’ fid-dinja… li qed twassal messaġġ

  • Mar 03, 2018 14:21
  • Miktub minn iNews
"

    Mudella ‘unika’ fid-dinja… li qed twassal  messaġġ

    Meta twieldet Madeline, kien hemm min beda jaħseb li din mhux se nistennew ħafna mingħandha.  Dan għax kienet bid-Down Syndrome. Illum imma għoxrin sena wara, Madeline qed turi kemm dawn in-nies huma żbaljati. Madeleine qed turi li hi kapaċi tagħmel kollox inkluż li tiġbed l-attenzjoni fuq l-aqwa catwalks tal-moda.  Biex għamlet dan imma kellha tagħmel sagrifiċċji kbar biex ġabet il-persuna tagħha fi stat li tkun mudella. B’taħriġ intensiv li għamlet kellha bżonn tonqos madwar 23 kilo.  Din kienet l-akbar sfida tagħha, li finalment wasslet fuq il-catwalk ta’ New York Fashion Week, spalla ma’ spalla ma’ l-aqwa mudelli fid-dinja.

    Madeline Stuart ftit jiem ilu żvelat is-sagrifiċċji li kellha tagħmel biex setgħet titqies bħala li tista’ tagħmel sfilati fl-aqwa esebizzjonijiet tal-moda.   Hi llum għandha 21 sena.  L-ostakolu li kellha kienet li minħabba li kellha ammont ta’ piż, kif ħafna pesuni b’down syndrome ikollhom, hi kellha bżonn tonqos.  L-ewwel li għamlet kienet dik li bdiet tiekol ikliet iżgħar, ma baqgħetx tiekol aktar junk food u bdiet tagħmel ħafna eżerċizzju fosthom tgħum kuljum għal madwar siegħa.

    Flimkien ma’ dan hi kellha persuna li kien qed iħarriġha u flimkien ma’ dak l-eżerċizzju bdiet anke tmur il-gym.

    Lura lejn darha imbagħad Madeline bdiet ukoll tattenti l-ispecial olympics fejn bdiet tieħui sehem f’fdiversi dixxiplini sportivi fosthom il-basketball  l-cricket.

    Ma waqfitx hemm, għax apparti l-isports, hi bdiet tattendi eżerċizzji ta’ żfin mal-kmpnaija InsideOutside Theatre Company fi Brisbane. 

    Flok junkfood bdiet tiekol avocado, ħaxix u tiġieġ

    Forsi tistaqsi imma xi bdiet tiekol? Flok il-junk food bdiet tiekol ħafan avocado, filgħodu bdiet tiekol il-bajd, tiġieġ mixwijin u ħaxix għall-ikel.  Ovvjament il-leblieba li kellha għal junk food ma marritx u għadha sa llum wara li tieħu sehem fi sfilata ta’ moda, hi tiċċelebra is-suċċess tagħha billi terġa’  dduq dan l-ikel għalkemm f’porzjonijiet żgħar.

    Is-suċċess ta’ Madeline fuq il-catwalks hu wieħed sinifikanti ħafna u dan minħabba li mhux faċli li persuni b’down syndrome jonqos mill-piż.  “Imma fejn ikun hemm ir-rieda kollox jista’ jsir” tgħid Madeline.

    Omma Rosanne tgħid li Madeline  hi persuna motivata ħafna biex tkun f’kundizzjoni tajba u dan biex tkompli tispira nies oħra b’diżabilità jew b’down syndrome biex finalment jaslu  fejn ikunu jixtiequ.

    Mhux tilfet il-piż biex issir mudella imma saret mudella meta tilfet il-piż

    Ommha tenfasizza li “Madeline  ma tilfitx mill-piż biex issir mudella. Hi saret mudelli meta tilfet il-piż għax hi kienet kunfidenti”.  Illum Madeline dehret fuq magazines rinomati mal-moda bħal Vogue u Cosmpolitan.  Għal ħames staġuni sħaħa ħadet ukoll sehem fin-New York Fashion Week.

    Mhux hekk biss imma hi qed tipprepara biex tieħu sehem fi sfilti tal-moda f’Pariġi u Londra u anke se tivvjaġġa lejn l-Albanija biex taħdem mal-Albanian Down Syndrome Society.

    Il-bidu tal-ħajja xejn ma kien faċli

    Sa mit-twelid tagħha hi kellha diversi problemi  fiżiċi.  It-tobba stess kienu qalulha biex ma tant tistenna u tippretendi affarijiet minn Madeline. Ommha qatt ma qatgħet qalbha. Hi dejjem kienet temmen f’bintha.  Ommha bdiet tinkoraġġiha biex tibda taħdem biex tibdel l-istigma marbuta mad-down syndrome.

    Kien instab ukoll li kellha difett f’qalbha.  Kienet ġiet operata  u kien hemm pjani li terġa’ tkun operata aktar tard fil-ħajja. Dan iżda issa qed jitwarrab għax wara d-dieta u l-għażla għal ikel nutrittiv, qed juru li l-istat ta’ saħħa ta’ qalbha hu l-aħjar li qatt kien.

    Interess fil-mod kien beda meta ommha ħaditha bħal sfilata tal-moda.  Kif hi rat il-mudelli fuq il-catwalk hi qalet lil ommha li tixtieq issir mudella. 

    Ommha ma ħasbithiex darbtejn.  Kienet aktar minn ċerta li t-tifla tagħha tista’ tasal.  Wara li bdiet tonqos fil-piż, ommha ħaditha għal sessjoni ta’ fotografija u r-ritratt li ħarġu kienu impressjonanti.

    Ir-ritratti ħallew impressjoni qawwija tant li fi żmien qasir, ezattament f’lejl wieħed rawhom 7 miljun persuna. Lanqas għadda xahar mindu ġew ixandrin dawn ir-ritratti li hi ma ġiet mistiedna fin-New York Fashion Week. Tista’ tgħid li fi żmien qasir serqet il-qlub ta’ dawk li kienu qed jarawha.

    L-akbar suċċess ma kienx fil-moda

    Imma waqt li kulħadd qed jitkellem fuq is-suċċess tagħha fl-isfilati tal-moda, l-akbar suċċess kien dak li Madeline qed jirnexielha tibdel il-perċezzjoni  ta’ persuni b’diżabilità.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0