Passiġġier jinża' għarwien u beda jara l-pornografija fuq il-laptop tiegħu qabel ma attakka lil stewardess fuq titjira mill-Malażja!

  • Mar 05, 2018 12:20
  • Miktub minn iNews

    Passiġġier abbord titjira mill-Malażja safa arrestat wara li neża’ għarwien biex ikun jista’ joqgħod jara l-pornografija fuq il-laptop tiegħu qabel ma eventwalment attakka lil stewardess. Ftit tal-ħin biss wara li t-titjira tal-linja tal-ajru Malindo telqet mill-ajruport ta’ Kuala Lumpur nhar is-Sibt li għadda, iż-żagħżugħ ta’ 20 sena mill-Bangladesh neża’ għarwien ħuta u beda jara filmati pornografiċi fuq il-laptop tiegħu.

    Iż-żagħżugħ, li huwa student f’università fil-Malażja, għall-bidu reġa’ libes il-ħwejjeġ wara li kien mitlub jagħmel dan mill-membri tal-ekwipaġġ. Madankollu jidher li huwa pprova jgħannaq lill-membri tal-ekwipaġġ, u meta eventwalment dawn irrifjutaw li jkunu ffastidjati minnhom huwa sar aggressiv u anke attakka lil stewardess.

    Il-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri fl-aħħar mill-aħħar irnexxielhom jikkalmawh u jorbtulu jdejh wara dahru.

    Skont il-websajt Malażjana “Star Online”, iż-żagħżugħ anke mmasturba u għamel l-awrina fuq is-sit fejn kien bil-qiegħda.

    Huwa ġie arrestat hekk kif l-ajruplan niżel fl-ajruport ta’ Dhaka. Madankollu għadu mhux magħruf x’wassal biex il-passiġġier ikollu atteġġjament daqstant stramb.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0