Raġel “mejjet” iqum fil-kamra mortwarja mumenti qabel ma ssirlu l-awtopsja

  • Mar 05, 2018 18:17
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel li kien iċċertifikat mejjet, inkorretament, wara ħabta fl-Indja rnexxielu jeħlisha mix-xafra tat-tobba bi żbrixx, wara li t-tobba fl-aħħar mumenti ndunaw li kien għadu ħaj.

    Il-qraba ta’ Himanshu Bharadwaj qed jisħqu li dak li seħħ lir-raġel mhu xejn għajr miraklu wara li patoloġista fl-isptar ta’ Nagpur irnexxielu jirrikonoxxi it-taħbit tal-qalb tar-raġel hekk kif kien qed jipprepara biex jagħmel awtopsja fuq is-suppost vittma. Bharadwaj ittieħed b’emerġenza f’ward oħra biex jingħata l-kura meħtieġa meta t-tobba rrealizzaw l-iżball kbir li kienu se jwettqu.

    Sadanittant is-sit tal-aħbarijiet News18 irrapporta li hekk kif sar magħruf b’dak li kien se jiġri, folla kbira nġemgħet barra l-isptar biex tipprotesta kontra n-negliġenza tat-tobba.

    Bharadwaj sofra ġrieħi gravi meta lbieraħ kien involut f’ħabta kerha, u kaġun ta’ hekk ittieħed l-isptar biex jingħata l-kura meħtieġa. Madankollu l-kundizzjoni tiegħu marret għall-agħar sakemm eventwalment kien iċċertifikat mejjet u ntbagħat biex issirlu awtopsja.

    Dr Gedam qal li n-nifs tal-pazjent kien waqaf għal kollox, u anke qalbu kienet waqfet tħabbat. “Madankollu dalgħodu l-organi respiratorji tiegħu reġgħu bdew jirrispondu.” Huwa żied jgħid li r-raġel xorta waħda għadu ddikjarat bħala ċerebralment mejjet, u għaldaqstant intbagħat fi sptar ieħor li huwa attrezzat għal każi simili.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0