Il-FIAT Doblo Cargo ppremjat “Light Van of the Year”

  • Mar 06, 2018 09:05
  • Miktub minn iNews
"

    Il-mudell ta’ Fiat Professional, id-Doblo Cargo għadu kemm kien ippremjat bħala l-'Light Van of the Year' għat-tieklet darba konsekuttiva waqt il-kompetizzjoni What Van? Awards 2018.

    U matul l-istess serata ġewwa Londra, il-mudell popolari Fiorino ingħata wkoll unur fil-kategorija tal-vannijiet żgħar. Dan kollu jkompli jikkonferma l-popolarita tal-vannijiet kummerċjali ta’ Fiat Professional.

    Il-fatt li l-Fiat Doblo Cargo jiflaħ iġorr sa tunnelata, volum sa 5 metri kwadri u l-fatt li għandu żewġ magni diesel ta’ 1.3-litre u 1.6-litre mill-iżjed effiċjenti jagħmlu dan il-vann l-għażla awtomatika mhux biss għall-operaturi ta’ flotot iżda wkoll għall-ġurija.

    Il-ġurija fil-fatt baqgħet impressjonata ħafna bl-attributi avvanzati tad-Doblo Cargo fosthom id-dinamika eċċellenti u l-kumdita’ – grazzi għas-sistema sofistikata ta’ bi-link suspension – il-kapaċitajiet ta’ tagħbija, il-qafas sod u b’saħħtu u l-għażla ta’ features.

    "Il-fatt li d-Doblo Cargo rebaħ l-unur ta’ Light Van Award għat-tlett snin konsekuttivi huwa prova tal-kwalita’ tajba li biha huwa mibni dan il-mudell," qal James Dallas, l-Editur ta’ What Van? ". il-handling u l-kwalita’ li biha huwa mibni dan il-mudell huma impressjonanti iżda l-iżjed ħaġa li tagħmel dan il-mudell attraenti hija l-fatt li kapaċi jġorr tagħbija bejn 3.4m3 u 5.0m3 u toqol li jvarja minn 750kg għal iżjed minn 1,005kg."

    Waqt li aċċetta l-premju għal Doblo Cargo, Richard Chamberlain, Country Manager ta’ Fiat Professional qal: "Aħna immensament kburin kemm għad-Doblo kif ukoll għall-Fiorino u kuntenti li rebħu żewġ unuri tant prestiġġjużi.”

    "Dawn il-premjijiet huma partikolarment speċjali peress li huma mogħtija minn panel ta' esperti li verament jifhmu s-suq tal-LCV u jafu l-klijenti tal-van x’qed ifittxu. Il-premijiet huma wkoll prova tas-saħħa u l-kompetittività tal-mudelli Fiat Professional, għażla li dan l-aħħar kompliet tissaħħaħ bil-wasla tat-Talento u Fullback pick-up. Dawn jenfasizzaw il-passi kbar li qed tagħmel il-marka hekk kif tikber u ssaħħaħ ir-reputazzjoni tagħha."

    Għal-aktar informazzjoni dwar il-mudelli ta’ Fiat Professional żur ix-showroom ta’ FIAT f’Psaila Street B’Kara jew ibgħat email fuq fiatsales@motorsinc.com.mt

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0