UFFIĊJALMENT MINN FORBES: L-aktar bniedem sinjur fid-dinja!

  • Mar 06, 2018 18:11
  • Miktub minn iNews
"

    Għall-ewwel darba, il-fundatur ta’ Amazon Jeff Bezos irnexxilu jilħaq il-quċċata tal-lista ta’ Forbes tal-aktar biljunarji sinjuri. Illum Forbes żvelat li Bezos huwa l-ewwel persuna li huwa stmat li għandu rikkezzi li jammontaw għal ċifra bi 12-il numru! Fil-fatt Forbes tistma r-rikkezzi ta’ Bezos għal $112-il biljun.

    Il-kap ta’ Amazon qabeż lil Bill Gates f’din il-klassifika esklussiva biex issa uffiċjalment jista’ jitqies bħala l-aktar persuna sinjura fid-dinja. Matul is-sena li għaddiet biss, ir-rikkezzi ta’ Bezos żdiedu b’madwar $39 biljun, l-akbar żieda qatt reġistrata fl-istorja.

    Forbes żiedet tgħid li s-sena li għaddiet kien hemm 2,208 biljunarju minn 72 pajjiż differenti, inkluż l-ewwel biljunarji fl-Ungerija u z-Zimbabwe.

    Kollettivament dawn il-grupp ta’ biljunarji għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom rikkezzi li jammontaw għal $9.1 triljun.

    L-Istati Uniti tospita l-akbar numru ta’ biljunarji – 585 – segwita miċ-Ċina b’373 biljunarju.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0