ARA: Jinqabdu jabbużaw fiżikament lil anzjan ta' 89 sena

  • Mar 07, 2018 19:35
  • Miktub minn iNews
"

    Kaġun ta’ filmat li ħalla lil bosta bla kliem, infermieri f’faċilità għall-anzjani f’Michigan, qed ikunu akkużati li abbużaw fiżikament lil raġel anzjan ta' 89 sena konfinat fuq is-siġġu tar-roti u li kien qed jirkupra minn operazzjoni li saritlu. Fil-filmat, l-infermiera jidhru jagħti daqqiet ta’ ħarta f’ras il-pazjent, u jekk dan ma kienx biżżejjed saħansitra anke jidhru jitfgħu lill-anzjan b’mod vjolenti fuq is-sodda.

    Wara li ndunaw b’dak kollu li kien qed jiġri lil missierhom, ulied l-anzjan poġġew kamera sigrieta biex jaqbdu lill-infermieri fil-mument li kienu qed iwettqu l-abbuż fuq missierhom, u grazzi għall-filmat fetħu proċeduri kontra l-infermieri u l-amministrazzjoni tad-dar tal-kura.

    Salim Younes, f’kummenti li tat lill-midja saħqet kif l-aħwa kienu nnotaw daqqiet u tbenġiel fuq ras missierhom. Meta kkuntattjaw lill-amministrazzjoni dwar dan, b’dawn tal-aħħar jiċħdu li missierhom kien suġġett għal maltrattament, huma ddeċidew li eventwalment ipoġġu kamera sigrieta fil-kamra tal-anzjan biex jaċċertaw li missierhom ma kienx qed jiġi abbużat fiżikament.

    L-anzjan kien ġie trasferit f’faċilità oħra f’Diċembru tal-2015, bil-każ ikompli għaddej quddiem il-Qrati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0