Melita Marine Group b'investiment f’ptw Shipyard Tarragona

  • Mar 08, 2018 10:06
  • Miktub minn iNews
"

    Melita Marine Group għadha kif għamlet investiment f’ptw Shipyard Tarragona. Din bdiet topera fis-sena 2016 u f’temp ta’ sentejn akkwistat reputazzjoni tajba ħafna kemm fix-xogħol li tagħmel kif ukoll għan-network ta’ sub contracting tagħha.

    Din it-tarzna  għandha kobor ta’ 15,000 metru kwadru u aktar minn 3,000 metru kwadru  ta’ workshops u spazji għal uffiċini. Din it-tarzna għandha ukoll lift għal jottijiet ta’ 50 metru.  B'dan l-investiment, Melita Marine Group qed toffri firxa sħiħa ta’  servizzi fi Spanja, specificament ħdejn Barcellona u l-gżira ta’ Palma de Mallorca.  

    Din is-sħubija hi ideali biex isservi il-hub tas-super jotts u għal Melita Marine Group f’Malta, din is-sħubija hi pass strateġiku li jikkonsolida l-pożizzjoni tagħha fil-Mediterran fejn jidħlu s-super jotts.  Il-grupp issa għandu l-kapaċità sħiħa  biex joffri servizzi ta’ inġinerija u oħrajn marbutin ma’ manutenzjoni fil-faċilitajiet f’Malta, fil-Greċja u fi Spanja.

    Pierre Balzan, Ċermen ta’ Melita Marine Group qal li “kburin li għamilna din is-sħubija ma’ dawn is-sħab Spanjoli. Bil-ftehim mal-kollegi Ispanjoli, il-grupp se jkun qed joffri lill-industrija tas-super jotts is-servizzi kollha li hi ikollha bżonn”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0