Maltco Lotteries: Trasparenza, Sigurtà u Responsabbiltà

  • Mar 09, 2018 08:15
  • Miktub minn iNews
"

     

    Maltco Lotteries dejjem wasslet messaġġ ċar dak li permezz ta’ dixxiplina fl-operat tagħha twassal trasparenza totali fil-mod kif isir it-tlugħ tal-logħob, messaġġ li llum wassal biex il-kumpanija kisbet il-fiduċja li tgawdi llum fost il-pubbliku.

    Wara dawk il-ftit minuti tat-tlugħ tal-logħob kollu li toffri Maltco Lotteries hemm ħafna xogħol biex tiġi assigurata mhux biss it-trasparenza tal-istess logħob iżda wkoll is-sigurtà massima biex kull tlugħ ikun ġust mija fil-mija.

    Għal kull tlugħ; li hemm tlieta fil-gimgħa, Lotto, Super 5 u Grand Lottery, hemm proċessi twal u stretti ħafna li jsiru qabel kull logħba.  Għal kull lotterija u għal kull tlugħ ikun hemm preżenti fl-istudio uffiċjali ta' Maltco Lotteries, Nutar Pubbliku, Uffiċjali tal-Malta Gaming Authority u rappreżentanti tal-pubbliku li lkoll jiċċekkjaw kull dettall biex it-tlugħ isir bl-ikbar preċiżjoni skont kif tirrikjedi l-liġi u r-regoli.

    Fost dan il-proċess hemm l-iċċekkjar tal-boċċi, kif ukoll tal-magni li jintużaw fit-tlugħ. Proċess sħiħ li jsir ta’ kull darba li jsir it-tlugħ, dan biex ikun assigurat li kull tlugħ isir bi trasparenza u sigurtà massima, fil-preżenza tal-istess uffiċjali msemmija.

    Il-proċess ta’ tlugħ ta’ kull lotterija huwa bbażat fuq l-għola livell internazzjonali bl-għola sigurta fejn kemm it-tlugħ, l-istudio u anke l-magni jiġu ċċertifikati regolarment minn awdituri indipendenti ta’ TUV, b’implimentazzjoni tal-ISO/IEC 27001:2013 u l-World Lottery Association (WLA).

    Kull persuna, kull klient li tixtieq isegwi kemm it-tlugħ live, kif ukoll il-proċess sħiħ li jibda sagħtejn qabel it-tlugħ; mill-ħin li jinfetaħ il-bieb tal-istudio sa wara it-tlugħ, tista’ tagħmel dan, billi b’appuntament ma’ Maltco Lotteries, tingħata permess biex tidħol fl-istudio u ssegwi mill-qrib il-proċess kollu sat-tlugħ dirett.

    Il-pubbliku b'mod inġenerali japprezza ħafna dan il-proċess rigoruż li bih jittellgħu l-lotteriji ta' Maltco Lotteries u hu proprju minħabba f'hekk li Maltco Lotteries tgawdi fiduċja totali tal-Maltin u l-Għawdxin li ġimgħa wara ġimgħa jittantaw xortihom mal-prodotti ta' Maltco Lotteries.

    Permezz ta’ ġurnali, siti elettroniċi, social media, newsletters etc.., il-kumpanija kontinwament timbarka fuq inizjattivi edukattivi u għoti ta' tagħrif regolari dwar l-livelli internazzjonali li laħħqet u li trid taħdem biex iżżomm fl-operat kollu tagħha.

    Illum il-ġurnata Maltco Lotteries għandha klijentela kbira; ta' għexieren ta' eluf ta' persuni li, ta' kull ġimgħa, jittantaw xortihom f'xi logħba jew oħra. U hu għalhekk li l-kumpanija tassigura li r-reputazzjoni tagħha fir-rigward tat-trasparenza u s-sigurtà massima ta' kif jittellgħu l-prodotti tagħha jitħarsu kontinwament u mingħajr ebda kompromessi. Grazzi għall-ħidma kontinwa li tgħamel matul is-snin, illum il-portafoll tal-kumpanija hu wieħed vast u jinkludi għadd ġmielu ta' prodotti u servizzi diversi.

    Maltco Lotteries hi kburija ħafna li waslet fejn waslet u għandha impenn ewlieni li tkompli tagħmel dak kollu possibbli biex tibqa' toffri l-aħjar servizzi, bl-ikbar fiduċja tal-klienti. Maltco Lotteries għandha l-vantaġġ kbir li għandha l-fergħat tagħha mxerrda ma' Malta u Għawdex, li l-klijenti jistgħu jmorru jittantaw xortihom x'ħin iridu u jixtiequ b’rebħ ġenwin li jissarraf immedjatament.  L-Għan aħħari ta’ Maltco Lotteries jibqa’ li jgħaddu kemm jgħaddu snin, iċ-ċentru tal-operat tal-kumpanija jibqa’ il-klient u l-aħjar interessi tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0