Ftehim mal-Korea ta' Fuq “fil-proċess li jseħħ”

  • Mar 10, 2018 17:45
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President Amerikan Donald Trump qal li ftehim mal-Korea ta’ Fuq daqt jiġi fis-seħħ. Dan wara kritika fil-konfront tiegħu dwar l-intenzjoni tiegħu li jiftiegħem għal taħditiet ma’ Pyongyang.

    “Il-ftehim mal-Korea ta’ Fuq jinsab fil-proċess li jiġi fis-seħħ u mistenni li jkun wieħed tajjeb ferm għad-dinja kolla. Il-ħin u l-post għad iridu jiġu determinati,” saħaq Trump fi tweet ilbieraħ.

    Il-kummenti tiegħu waslu wara li l-White House qalet li t-taħditiet se jiżvolġu biss ladarba r-reġim tal-Korea ta’ Fuq jieħu azzjonijiet konkreti u verifikabbli, li jmorru lil hinn minn sempliċi wegħdiet ta’ denuklearizzazzjoni.

    Jidher li d-deċiżjoni ta’ Trump li jaċċetta l-invit għal summit storiku ttieħdet minn Trump għall-għarrieda.

    Ir-rispons pożittiv ta’ Trump għall-invit ta’ Kim Jong-un ħalla mhux biss lil uffiċjali Amerikani sorpriżi, iżda anke d-delegazzjoni tal-Korea t’Isfel li wasslet il-messaġġ lura lill-Korea ta’ Fuq.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0