L-Eġittu jkompli bl-eżekuzzjonijiet kontra persuni mill-Istat Iżlamiku

  • Mar 11, 2018 10:41
  • Miktub minn iNews

    Fl-aħħar sigħat, fil-pajjiż magħruf għall-meravilja ta’ Piramidi li hemm mibnijin, il-Qorti ta’ Kajr ikkundannat għall-mewt għaxar persuni wara li nstabu ħatjin li kienu jifformaw parti minn xi grupp terroristiku u li ppjanaw li jwettqu attakki fuq il-pulizija u l-forzi tas-sigurtà.

    Il-Qorti kkundannat ukoll ħames persuni għal għomorhom il-ħabs. L-aġenzija tal-aħbarijiet statali qalet li dawn il-persuni kienu parti mill-Fraternità Musulmana li kienet ġiet imkeċċija mill-Eġittu jkompli bl-eżekuzzjonijiet kontra persuni mill-Istat Iżlamiku Eġittu wara l-eliminazzjoni tal-eks-President Mohamed Mursi fl-2013.

    L-Eġittu beda ġlieda kbira kontra dawk is-suspettati Iżlamiċi wara li Mursi tilef l-elezzjoni fuq il-Ġeneral Abdel Fattah al-Sisi. Sisi mistenni wkoll jerġa’ jiġi elett fl-elezzjoni ta’ aktar tard dan ix-xahar f’votazzjoni kontra oppożiżżjoni unika li mhux qed tidher li hija wisq b’saħħita.

    Bl-Eġittu qed jiffaċċja ribelli mill-Istat Iżlamiku fil-Peniżola tas-Sinaj, Sisi ordna lil-militar biex isibu u jkeċċu kull Iżlamiku qabel l-elezzjoni Presidenzjali li mistennija ssir bejn 26 u t-28 ta’ Marzu li ġej. Mijiet ta’ Iżlamiċi, inklużi partitarji u membri tal-Fratellanza Musulmana rċevew sentenzi ta’ mewt mill-2013, fejn l-Eġittu wettaq diversi eżekuzzjonijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook