Eks-Veteran tal-gwerra joqtol tliet nisa li kienu sfaw maħtufin

  • Mar 12, 2018 08:42
  • Miktub minn iNews
"

    Tliet nisa sfaw maqtula wara sparatura li seħħet f’bini dedikat għall-veterani tal-gwerra f’Kalifornja fl-Istati Uniti.

    Skont il-mezzi tax-xandir Amerikani jidher li kien Albert Wong, veteran tal-gwerra li għandu 36 sena, li wettaq din l-isparatura fejn wara li huwa qatel lil dawn it-tliet nisa, huwa qatel ruħu b’idejh.

    It-tliet vittmi ta’ din it-traġedja, Jennifer Gonzales ta’ 29 sena li kienet psikologa, Christine Loeber ta’ 48 sena u li kienet tokkupa l-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv, u d-direttur kliniku Jennifer Golick, ta’ 42 sena, kienu kollha kemm huma mpjegati f’dan iċ-ċentru fejn huma kienu jagħtu l-għajnuna psikoloġika lil dawk il-veterani tal-gwerra li jkollhom problemi psikoloġiċi wara l-esperjenza fil-gwerra.

    Kollox qed jindika li Wong daħal f’dan iċ-ċentru proprju meta kienet għaddejja festa għal dawk il-veterani li kienu ħadu sehem fil-gwerra fl-Afghanistan. Huwa ħataf lil dawn it-tliet nisa bħala ostaġġi biex minn hemmhekk qatta’ sigħat twal jinnegozzja mal-awtoritajiet Amerikani biex jeħles lill-ostaġġi tiegħu.

    Iżda wara li għal perjodu twil dawn l-awtoritajiet ma semgħu xejn mingħand Wong, huma ddeċiedew li jidħlu fil-kamra fejn kien jinsab l-istess Wong flimkien man-nisa maħtufa minnu.

    Hawnhekk huma sabu lil dawn l-erba’ persuni mixħuta mal-art bla ebda sinjal ta’ ħajja, fejn deher evidenti li Wong kien l-ewwel qatel lill-ostaġġi biex sussegwentement huwa qatel ruħu b’idejh.

    Huwa mifhum li fil-passat Wong kien qatta’ xi żmien f’dan iċ-ċentru biex jingħata l-kura għat-trawma psikoloġika li kien sofra fil-gwerra. L-istess sorsi komplew li Wong kien tkeċċa minn dan iċ-ċentru minħabba mġieba mhux xierqa.

    Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, fi tweet fuq il-profil tiegħu, esprima s-sogħba għal din it-traġedja fejn sostna li huwa jinsab ferm imdejjaq b’dak li kien seħħ f’dan iċ-ċentru.

    Huwa ddeskriva lill-vittmi bħala nisa inkredibbli hekk kif dawn kienu jieħdu ħsieb lill-veterani tal-gwerra Amerikani.

    Għad irid jiġi stabbilit il-mod kif Wong irnexxielu jidħol f’dan iċ-ċentru biex seta’ jwettaq it-traġedja li kellu f’moħħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0