inewsmalta.com



Aġġornata bil-filmat: Jingħaqdu f'ċapċipa waħda biex isellmu lil Charles Miceli

  • Mar 12, 2018 09:34
  • Miktub minn iNews

    Ftit tal-ħin ilu fil-Knisja parrokjali tan-Naxxar bosta kienu dawk li nġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lil Charles Miceli. 

    Iċ-ċelebrant tal-quddiesa Dun Charles Cordina fost affarijiet oħra semma kif wara l-mewt ta’ Miceli huwa żar lill-martu u wrietu l-aħħar ktieb li kien qiegħed jaqra u li wkoll jitratta kif tgħin lill-foqra. Huwa rreferu wkoll għall-artiklu li deher fil ħarġa ta’ IT-Torċa miktub mill-istess Miceli dwar il-kwistjoni tal-kera, fejn fost affarijiet oħra fl-artiklu Miceli jgħid illi “l-ispirtu jrid imma l-ġisem dgħajjef” u Dun Cordina qal li għalkemm issa l-ġisem tiegħu u bla ħajja l-ispirtu tiegħu għadu ħajj. Qal ukoll li Miceli ma kienx gallarija u li kont tarah qrib il-foqra u l-batuti u ma naqasx milli jgħin lill-foqra, lid-drogati u anke lill-ħabsin.

    Fost dawk li nġabru biex jagħtuh l-aħħar tislima kien hemm preżenti l-President, id-Deputat Prim Ministru u l-Kap tral-oppożizzjoni

    Il-Ġimgħa li għaddiet tħabbret il-mewt ta’ Charles Miceli, magħruf għall-attiviżmu tiegħu favur dawk li għaddejjin minn tbatija. Huwa miet fl-età ta’ 68 sena u kien joqgħod in-Naxxar. Wara karriera fil-ġurnaliżmu ma' din il-kumpanija fejn kien magħruf għall-pinna mirquma u bla kantunieri tiegħu, ħadem fost l-oħrajn mal-Caritas fejn hemm persuni vittmi tad-droga. Huwa kien ukoll kontributur fil-ġurnali tal-Union Print, L-ORIZZONT u IT-TORĊA u kien blogger regolari fuq is-sit Inewsmalta.

    Huwa kiteb artikli f’mezzi oħra tax-xandir. Riċentament, ħadem ħafna fil-ġlieda kontra l-faqar u f’dawn l-aħħar jiem kien voċiferu biex jiddefendi l-interessi ta’ dawk li kienu qed isibuha diffiċli jħallsu l-kera. Bosta kienu dawk li fuq il-mezzi soċjali esprimew id-dispjaċir tagħhom għall-mewt tiegħu fosthom martu Pauline Miceli li hi l-Kummissarju tat-Tfal. Inċidentalment L-ORIZZONT intervistah dwar il-faqar u s-sitwazzjoni tal-kera f’pajjiżna, bl-intervista tidher fil-ħarġa tal-lum.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook