inewsmalta.com



Jgħid li m'hemmx x'tagħżel bejn il-PN u l-PL... "M'għandha ssir l-ebda riforma qabel kulħadd jgħix ħajja dinjituża"

  • Mar 12, 2018 10:16
  • Miktub minn iNews
    Jispinja kemm jispina l-labour l-fatti jibqu dawn
     
    Fi Stqarrija maħruġa minnu l-Membru Parlamentari Godfrey Farrugia qal li hu telaq mill-Partit Laburista Jien tlaqt mill-partit laburista għaliex ma qabilx mat-triq ta’ diżunur li qabdu l-Prim Ministru u sħabu.
     
    Farrugia qal li wara ħames snin ta’ gvern laburista għad hawn nies li jridu jgħaddu b’pensjoni li jiggarantilhom biss faqar. Qal ukoll li waqt li l-gvern jiddandan bis-surplus u juża l-fond tal-bejgħ tal-passaporti (IIP) li bihom kellu  jwieżen lin-nies u minnflok,  xtara ishma f’banek u sparparja agħar minn hekk. Farrugia tkellem ukoll dwar oxxenitajiet ta’ kuntratti li swew lill-poplu miljuni kbar u minkejja dan kollu l-ħajja tal-pensjonanti kompliet taggrava minħabba l-għoli tal-ħajja.
     
    Farrugia rrimarka li għaldaqstant huwa jibqa' jinsistni li l-ebda riforma fil-pensjoni tal-membri parlamentari ma għandha ssir qabel ma kulħadd ikun garantit pensjoni li tagħti għixien ta’ ħajja dinjituża, dik li l-Partit Demokratiku qiegħed isejjħilha 'living pension'.
     
    Huwa fakkar dwar l-agha li qajjem il-labour meta l-PN ta' €500 żieda lill-membri tal-kabinet waqt li l-poplu kien qed jissara biex ilaħħaq mal-ħajja, waqt kriżi finanzjara Ewropea.
     
    Skont Farrugia dan mhux il-labour li l-poplu tellgħa fl-2013 u reġa' tah b’tama ġdida fl-2017. Żied jgħid li kull ma jmur qed joħrog ċar kemm dan huwa gvern li jaħseb għalih innifsu u għal ta’ ġewwa, u mhux għall-poplu Malti u Għawdx u li naturalment il-PN ta’ Delia fuq żieda fuqu nnifsu jaqbel żgur, għax ma hemmx x’ tagħżel bejniethom.
     
    Huwa kkonkluda jgħid li pajjiżna għandu potenzjal enormi u li hu u tal-Partit Demokratiku għadhom fiduċja fil-poplu. "Jekk imexxu bi pjan u viżjoni ċara ta’ soċjeta ġusta fejn kulħadd jgħix ta’ nies, jgawdi saħħtu u jħossu moħħu mistrieħ f’pajjiżu, għandna nilħqu s-suċċess ewlieni li nistgħu niftahru bih biss, meta tassew ħadd ma jkun baqa’ lura.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook