Aġġornata: L-ajruplan li ġġarraf fl-aħħar sigħat iħalli 49 vittma

  • Mar 12, 2018 11:04
  • Miktub minn iNews

    Aġġornata: L-ajruplan li kellu abbord 71 persuna u membri tal-ekwipaġġ u li ġġarraf meta ġie biex jinżel ħalla 49 persuna mejta.

    Wieħed minn dawk li rnexxielu jsavla qal li l-ajruplan wettaq manuvra vjolenti qabel seħħ l-inċident.

    Il-Prim Ministru tan-Nepal wiegħed investigazzjoni immedjata filwaqt li esprima l-kondoljanzi tiegħu lejn il-familji tal-vittmi.

    Sfortunatament in-Nepal huma magħrufin għan-nuqqas ta’ sigurtà tagħhom fl-ajru u qiegħed jingħad li t-tmien persuni li baqgħu ma nstabux qegħdin ikunu maħsubin mejta mill-awtoritajiet.

    Qabel: L-ajruplan li kien qiegħed iġorr 71 passiġġier flimkien mal-membri tal-ekwipaġġ ħalla mill-anqas 28 vittma.

    Il-membri tas-salvataġġ ħarġu minn qalb l-ajruplan imġarraf katavri ta’ dawk li mietu fuq il-post, iżda fortunatament s’issa kien hemm 17 li rnexxielhom isalvaw.

    Skont rapporti fil-midja tal-pajjiż jidher li it-titjiriet kolla skedati lejn u mill-ajruport li fih seħħ l-inċident kienu kollha kkanċellati.

    Skont rapporti barranin jidher li dan l-inċident ħalla numru ta' vittmi għalkemm s'issa m'hemm l-ebda konferma dwar jekk hemmx vittmi jew l-ammont ta' persuni li tilfu ħajjithom.

    Skont rapporti jidher li ajruplan iġġarraf fil-Kapitali tan-Nepal, Kathmandu.

    L-ajruplan tal-linja tal-ajru tal-Bangladesh għal xi raġuni żvija mir-runway waqt l-inżul u ġġarraf lejn il-Lvant tal-ajruport internazzjonali ta’ Tribhuvan.

    Kelliem għall-ajruport qal li mhux eskluż li jkun hemm vittmi hu huwa mifhum li abbord l-ajruplan kien hemm 68 passiġġier u li fortunatament il-pumpiera ma damux biex intervjenew biex jikkontrollaw in-nirien.

    Ritratti li inxterdu fuq il-midja barranija juru dħaħen kbar u skont l-ewwel indikazzjonijiet li għaddejja ħidma biex jiġu assistiti kemm jista' jkun malajr il-passiġġieri abbord.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0