inewsmalta.com



"Importanti li l-MCAST toffri komunità ta' tagħlim b'saħħitha"

  • Mar 12, 2018 14:05
  • Miktub minn iNews
    AD tifraħ lill-MUT għan-negozjar serju u iffokat mal-MCAST
     
    Alternattiva Demokratika tilqa' l-aħbar li l-MUT irnexxhiela tilħaq bażi ta' ftehim xieraq mal-MCAST dwar il-kundizzjonijiet tal-akkademiċi li jaħdmu f'dan il-kulleġġ. L-MCAST issa joffri varjetà kbira ta' korsijiet minn dawk bażiċi sa dawk fi gradi universitarji u għaldaqstant l-kundizzjonijiet għandhom jirriflettu dan il-fatt.
     
    Mario Mallia, Deputat Chairperson u kelliem dwar l-edukazzjoni qal "Nemmnu li l-għan tal-edukazzjoni hija li toffri lill-istudenti opportunitajiet li jiżviluppaw b'mod sħiħ. Huwa importanti li l-MCAST toffri ambjent fejn l-istudenti u l-għalliema tagħhom jiffurmaw komunita' ta' tagħlim b'saħħitha u li tipprepara l-istudenti għal parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà u fil-ħajja demokratika tal-pajjiż. Edukazzjoni teknika tajba ghandha wkoll tiżviluppa l-ħiliet kritiċi u tagħti sodisfazzjon personali lill-istudenti kollha." 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook