Wi-Fi b’xejn fuq 50 karozza tal-linja

  • Mar 12, 2018 16:55
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għat-Trasport Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, b’kollaborazzjoni ma’ Transport Malta u Malta Public Transport nieda proġett pilota bl-isem ta’ “Travel made easy”, fejn ser jiġi implimentat Wi-fi b’xejn fuq 50 karozza tal-linja f’dawn it-tliet xhur li ġejjin. Dan ħabbru f’konferenza quddiem il-bini tal-Junior College, fl-Imsida.

    Dott Ian Borg spjega li r-rotot li ħa jiffurmaw parti minn dan il-proġett pilota ħa jkunu qed jinkludu rotot lejn Mater Dei, l-Università ta’ Malta, xi rotot interni fil-Belt Valletta, xi rotot għall-ajruport u anke tnejn minnhom fil-gżira t’Għawdex.

    Wara dan il-proġett pilota, ir-riżultati ħa jkunu qed iservu biex fil-futur kull karozza tal-linja ħa tkun mogħnija bis-servizz tal-Wifi u ma jkunx limitat għal ċertu rotot biss. Biex jagħmel użu minn dan is-servizz, wieħed għandu sempliċiment jagħmel log-in meta jidħol fil-vettura pubblika u anka nies li ma jkollhomx tal-Linja Card jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz.

    F’din il-konfrenza l-Ministru tkellem fuq l-inizjattivi li l-Gvern ħa, fosthom tat-trasport pubbliku b’xejn għaż-żgħażagħ bejn is-16 u l-20 sena. Dan huwa pass importanti sabiex aktar nies jirrikorru għall-użu tat-trasport pubbliku u Malta ssir pajjiż li joffri Wi-fi b’xejn fil-maġġor parti tal-lokalitajiet pubbliċi. Il-Ministru aċċerta li dan huwa proġett sigur hekk kif l-aċċess tal-Wi-fi ser ikun filtered.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook