inewsmalta.com



Busuttil irid ikun jaf Schembri għandux kont Dubaj

  • Mar 12, 2018 20:39
  • Miktub minn iNews

    L-eks-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għadu qed jinsisti li l-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid jekk iċ-Chief-of-Staff tiegħu Keith Schembri għandu kont Dubaj jew fil-Pilatus Bank.

    Huwa lmenta mal-Ispijker li waqqaf lill-Prim Ministru milli jitkellem dwar dan u waqt li qallu li kienet deċiżjoni żbaljata sostna li Malta mhux Pyongyang (il-belt kapitali tal-Korea ta' Fuq).

    Peress li l-Ispijker kien diġa iddeċieda dwar din it-talba, Busuttil talab biex tkun id-Deputat Spijker Claudette Buttigieg li tiddeċiedi jekk il-Prim Ministru għandux jagħtu l-informazzjoni li jrid fejn sostna li dan huwa fl-interess pubbliku.

    L-Ispijker wieġbu li huwa se jara t-talba li għamillu madankollu għamililu ċara li huwa jmexxi l-Parlament u huwa kien se jiddeċiedi waqt li nfurmah li jekk ried seta jikkontesta dan.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook