inewsmalta.com



156 avukat u 5 prokuraturi legali jingħataw il-warrant

  • Mar 13, 2018 08:33
  • Miktub minn iNews

    “Il-fatt li tinsabu hawn illum ifisser pass ġdid u importanti f’ħajjitkom. Naf l-ammont ta’ sforz li jirrikjedi dan il-kors; mhux biss sforz min-naħa tagħkom, iżda wkoll appoġġ u sagrifiċċju kontinwu mill-familji tagħkom u dawk ta’ madwarkom sabiex tilħqu l-għanijiet akkademiċi tagħkom”, qal il-Ministru Owen Bonnici waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-warrants

    Hu ferħilhom ta’ dan il-pass  u aċċenna fuq l-importanza u r-responsabbiltà tal-professjoni filwaqt li ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jimxu mal-kodiċi tal-etika, u jġibu ruħhom b’serjetà u responsabbiltà peress li qegħdin jirrappreżentaw settur kruċjali f’pajjiżna—il-ġustizzja.

    Il-Ministru Bonnici tkellem ukoll dwar il-fatt li dan il-Gvern huwa impenjat bis-sħiħ biex jara li l-qasam tal-ġustizzja jkun wieħed aktar effettiv u wieħed li jkun tassew ta’ servizz għaċ-ċittadin u semma d-diversi miżuri li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin biex insaħħu dan is-settur. F’din il-leġiżlatura sar xogħol fuq il-qrati biex jittejjeb is-servizz pprovdut, fosthom reġistru għall-Qrati tal-Familja akbar. Tlestew ukoll żewġ awli ġodda biex b’hekk ikunu jistgħu jsiru aktar seduti, jinstemgħu aktar kawżi, jinqagħtu iktar sentenzi, u jkompli jonqos il-backlog ta’ kawżi.

    Hu rrefera wkoll għas-servizzi ġodda tal-qorti bħal Get Mobile Notifications, il-My Cases, kif ukoll għar-Reġistru tal-Persuni Interdetti u Inabilitati uffiċjali li issa huwa disponibbli online, u għamel referenza wkoll għall-fatt li naqas l-ammont ta’ kawżi pendenti fil-qrati u fis-settur kriminali. 

    Il-Ministru Bonnici saħaq li dawn ir-formi qegħdin isiru biex kemm jista’ jkun tiġi ffaċilitata l-ħajja tan-nies u li dan il-gvern se jkompli jibqa’ jaħdem biex itejjeb dan il-qasam. Fost l-oħrajn semma l- Att nru. II tal-2018 li tagħti l-Kamra tad-Deputati poteri ġodda fejn  issa tista’ tagħmel skrutinju fuq ħatriet ta’ chairpersons tal-awtoritajiet regolatorji ewlenin u ambaxxaturi li ġejjin minn barra s-servizz pubbliku—miżura b’saħħitha li tirrappreżenta tisħiħ ta’ amministrazzjoni tajba.

    Din il-liġi hija miżura oħra li tat kontribut għat-tisħiħ  tar-rule of law ta’ pajjiżna, bħalma huma l-liġi tal-finanzjament tal-partiti, il-liġi li tneħħi l-preskrizzjoni fuq reati ta’ korruzzjoni magħmula mill-politiċi, il-Whistleblower Act, il-liġi li bidlet il-metodu tal-ħatra tal-ġudikanti, id-dixxiplina u l-kundizzjonijiet tagħhom, u l-liġi li saħħet il-libertà tal-espressjoni artistika. 

    Il-Ministru Bonnici għalaq id-diskors tiegħu billi  awgura lil dawk preżenti, filwaqt li rrefera għall-impenn li għandu l-Gvern u l-Ministeru għall-Ġustizzja f’dan il-qasam u qal li permezz tal-għajnuna u l-ħidma tal-professjonisti l-ġodda huma jistgħu jkunu parti minn din ir-riforma ħolistika fil-qasam tal-ġustizzja.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook