Putin kien ordna t-twaqqigħ ta’ ajruplan ċivili

  • Mar 13, 2018 09:06
  • Miktub minn iNews
"

    F’film propagandistiku qabel l-elezzjoni presidenzjali fir-Russja, il-President Vladimir Putin qal li fl-2014 kien ordna t-twaqqigħ ta’ ajruplan talpassiġġieri li kien irrapportat li kien qiegħed iġorr bomba u li fil-mira tiegħu kellu l-ftuħ uffiċjali tal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa f’Sochi, fir-Russja. 

    Fil-film ta’ sagħtejn, li ttella’ fuq l-Internet, Putin qal li hu kien infurmat li ajruplan li kien telaq mill-Ukrajna għat-Turkija kien inħataf hekk kif kien se jibda l- Logħob Olimpiku. Attwalment instab li kien alarm falz u l-ajruplan ma twaqqax.

    Fl-elezzjoni tat-18 ta’ Marzu, u li Putin mistenni li jerġa’ jirbaħ, huwa qiegħed jiffaċċja seba’ sfidanti li iżda ħadd minnhom mhu mistenni li jikseb appoġġ biżżejjed u li l-aktar wieħed prominenti fost il-mexxejja tal-oppożizzjoni, Alexei Navalny, ġie pprojbit milli jikkontesta l-elezzjoni. Fil-film Putin jgħid li huwa kien informat li ajruplan li kien destinat mill-Ukrajna għal Istanbul kien inħataf u li l-pirati tal-ajru riedu li jinżlu f’Sochi. Il-piloti tat-titjira Turkish Pegasus Airlines, Boeing 737-800, minn Kharkiv għal Istanbul b’110 persuna, kienu rrapportaw li passiġġier minnhom kien qiegħed iġorr bomba u li kien ordnalhom biex jibqgħu sejrin lejn Sochi. Fl-istess film Putin jgħid li uffiċjali tas-sigurtà kienu qalulu li f’ċirkostanzi bħal dawn, il-proċedura ta’ emerġenza tkun li l-ajruplan jitwaqqa’ u qalilhom biex jagħmlu hekk. 

    Madankollu ftit minuti wara huwa rċieva telefonata li nfurmatu li kienet aħbar falza. Huwa nnifsu kien laħaq wasal f’Sochi għall-ftuħ tal-Olimpjadi. Kelliem għall-Kremlin, Dmitry Peskov, ikkonferma l-istorja ta’ Putin. Fil-film il-mexxej Russu ġie mistoqsi mill-intervistatur u fl-istess ħin is-segretarju tal-istampa tiegħu, jekk kienx hemm ċirkostanzi li fihom jara li l- Krimea tingħata lura lill-Ukrajna. Pront Putin wieġeb: “X’int qed tgħid! Ċirkostanzi bħal dawn ma jeżistux u mhux se jeżistu”. Huwa jinstema’ jgħid fil-film li lest li jaħfer ċerti affarijiet iżda mhux it-tradiment.

    Ir-Russja għaqqdet magħha il-peniżola tal- Krimea mill-Ukrajna wara li l-mexxej pro-Russu tagħha kien tneħħa fl-2014.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0