Sajjetta toqtol sitt baqriet fl-Awstralja

  • Mar 13, 2018 09:41
  • Miktub minn iNews

    Raħħal Awstraljan sab sitt baqriet mejtin f’ lliera mar-riċint tar-razzett tiegħu f’dak li esperti qegħdin isostnu li dawn kienu vittmi ta’ sajjetta. 

    Il-baqar mejtin instabu f'għalqa fi Queensland il-ġimgħa l-oħra, xi jiem wara maltempata qawwija. Is-sid tar-razzett, Derek Shirley qal li huwa baqa’ mbellah x’ħin rahom mixħutin -art bla ħajja. 

    Dr Sabrina Lomax, esperta dwar il-bhejjem mill-Università ta’ Sydney, qalet li l-baqar dak il-ħin kienu qegħdin imissu mal-wire tar-riċint meta faqqgħet sajjetta u mietu instantanjament minn attakk tal-qalb qawwi. 

    Shirley, li r-razzett tiegħu jinsab madwar 70 kilometru lejn in-Nofsinhar ta’ Bris- bane, qal li għall-ewwel ħaseb li l-baqar kienu ġew ivvalenati. Huwa z?ied li mhux tas-soltu li l-baqar ikunu skjerati mar-reċint.

    Kummentatur xjentifiku Dr Kruszelnicki qal li l-baqar x’aktarx li ġew ixxokkjat meta s-sajjetta laqtet l-art. Huwa qal lill-Australian Broadcasting Corp li l-elettriku mis-sajjetta għadda mir-riġlejn ta’ wara tal- baqar, għall-kumplament ta’ ġisimhom u tahom attakk tal-qalb.

    Fl-2016 fin-Norveġja aktar minn 300 ċerva kienu nqatlu f’maltempata bis-sajjetti. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook