Soċjologa tara żieda fil-biża' mill-barranin... bosta bi kliem dispreġġjattiv fil-konfront tal-Bulgaru

  • Mar 13, 2018 11:58
  • Miktub minn iNews

    Soċjologa li tkellmet ma' dan is-sit fl-isfond tal-każ taż-żagħżugħ Malti li tilef ħajtu wara li allegatament qala daqqa ta' ponn mingħand ieħor barranin hija tal-fehma li l-biża' mill-barranin u l-mibgħeda lejhom qed tikber.

    Angele Deguara kienet mistoqsija minn dan is-sit għar-reazjoni tagħha wara l-każ fejn Zach Meli, ġuvni ta' 24 sena mis-Swieqi, miet fl-Isptar Mater Dei wara li allegatament kien aggredit minn Bulgaru f'Paceville.

    Malli isem il-Bulgaru ħareġ fil-miftuħ kienu bosta dawk li fuq Facebook użaw kliem dispreġġjattiv fil-konfront tiegħu tant li huwa kellu jagħlaq il-profil tiegħu.

    Deguara, li tgħallem is-soċjoloġija fil-Junior College, irrimarkat magħna kif diskors bħal dan fil-konfront tal-barranin qed jiżdied kullimkien mhux f'Malta biss.

    Hija fakkret kif fis-snin 80, meta l-pajjiż kien immexxi minn Dom Mintoff, kien isir ħafna diskors kontra l-Għarab, partikolarment il-Libjani, u l-Musulmani fejn kienu jidhru koroh f'għajnejn bosta Maltin.

    Deguara semmitilna li maż-żmien bdew deħlin immigranti bid-dgħajjes u kienu dawn li issa bdew jidhru f'għajnejn koroh sakemm issa bħal donnhom il-Maltin saru konxji li hawn diversi barranin bojod fosthom mil-Lvant tal-Ewropa.

    Hija rrimarkatilna li veru li jekk tħares lejn l-istatistika tal-ħabsin barranin f'pajjiżna tista' tiddeskrivi n-numru bħala wieħed “allarmanti” madankollu lmentat li hawn wisq biża' u mibgħeda kontra l-barrani.

    Deguara sostniet li kemm meta jkun hawn nuqqas ta' xogħol u anke issa fejn mhix daqshekk problema jkun hemm min dejjem iwaħħal fil-barranin għal dak li jiġri f'pajjiżna.

    Hija qaltilna li waqt li għal snin twal konna nħarsu lejn l-Ingliżi b'mod pożittiv u anke t-Taljani donnhom iktar aċċettati għax kulturalment huma simili għalina, mhux l-istess qed jiġri fil-konfront tal-bojod mil-Lvant tal-Ewropa forsi għax il-kultura tagħna differenti minn tagħhom.

    Deguara semmiet kif tisma diversi Maltin igergru li meta jmorru fir-restoranti jsibu wejters barranin. 

    Mistoqsija jekk l-ammont ta' barranin li hawn fostna jistax iwassal għal tensjoni soċjali, is-soċjologa stqarret magħna li fuq livell ta' 'one-to-one' diġa' hawn.

    Hija spjega kif ikun hemm studenti tfajliet li jsemmulha l-biża' tagħhom li jistgħu jiġu stuprati u l-biża' tagħhom tkun mill-Għarab, Musulmani jew suwed.

    Deguara kompliet li ħafna mix-xenofobija lejn il-barranin tinstab fil-klassi tal-ħaddiema u fil-ġenerazzjoni l-aktar anzjana iktar milli fiż-żgħażagħ madankollu kummenti fil-mezzi tax-xandir, inkluż f'dik soċjali, kapaċi joħolqu iktar paniku morali.

    Hija temmen li iktar ma jkun hawn edukazzjoni fil-poplu iktar tonqos din il-biża' u sejjħet għal politika ta' integrazzjoni “sura ta' nies” biex minflok nitfugħhom f'xi lokal jew zona l-barranin ikunu mifruxin.

    Deguara hija tal-fehma li ħafna drabi l-biża' tkun ġejja għax il-persuna ma tkunx taf il-barrani partikolari u għalhekk tpoġġih f'kategorija jew f'keffa waħda mal-barranin l-oħra.

    Hija nsistiet li l-politika ta' integrazzjoni trid tirrispetta l-multi-kulturaliżmu u saħqet li rridu nitgħallmu ngħixu flimkien u anke jkun hemm apprezzament tal-kulturi differenti fl-iskejjel bħalma qed jiġri fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar.

    Fl-istess waqt irrikonoxxiet li dan mhux faċli f'soċjeta iddominata mis-sens ta' “us and them” (aħna u huma) fejn irreferiet għal diversi qasmiet fosthom fl-irħula fejn għandek żewġ festi jew żewġ każini, fil-futbol fejn maqsumin bejn dawk li jżommu mat-Taljani u dawk mal-Ingliżi u fil-politika fejn fuq naħa għandek il-Laburisti u fuq in-naħa l-oħra lin-Nazzjonalisti.

    Fl-istess ħin li qaltilna li hija tara l-multikulturaliżmu bħala xi ħaġa pożittiva, Deguara rrimarka li donnu ħafna nies jibżgħu minn din il-ħaġa.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    MALTI.
    Mar 14, 2018

    Taf xnejdila tinotta mrs Deguara kemm hawn habsin baraninn u kasi il qorti fuq droga u abusi ohra,ma inkunux laqa talbaranin.il malti qattma ta fastidju lil dak li gie f pajjizna u qadd ta nies,iva minn ma joghbux jitlaq,u nejdulu GRAZZI XBIN.

    Irrispondi
  •  

Facebook