Ġrajjet il-Fidwa... il-wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa ġewwa l-Isla u Ħaż Żabbar

  • Mar 13, 2018 12:28
  • Miktub minn iNews

    Huma bosta għaqdiet, individwi u gruppi li f’ dan iż-żmien tas-sena jtellgħu xi attività konnessa mal-Ġimgħa Mqaddsa fosthom għadd ta’ wirjiet li jitellgħu tistà tgħid f’ kull belt u raħal f’ Malta u Għawdex. Ġrajjet il-Fidwa huwa isem li issa sar sinonomu ma’ dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa.

    Ġrajjet il-Fidwa huwa isem marbut ma’ wirja li ilha titella sa mill-1999. Bdiet minn sett vari u llum din tikkonsisti minn diversi settijiet ta’ vari, ċenaklu, esebizzjoni ta’ santi antiki, mejda tal-Appostli fuq stil Lhudi flimkien ma’ għadd ta’ oġetti oħra sagri konnessi mall-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. 

    Din il-wirja itellgħet f’ bosta lokalitajiet fosthom ġewwa l-Fgura u l-Belt Valletta. Għal dawn l-aħħar tliet snin qegħda titella ġewwa l-Isla, eżattament ġewwa l-bini tal-Kunsill Lokali li jinsab fi triq San Ġużepp. Kemm ilha titella ġewwa l-Isla din il-wirja żiedet iktar fil-popolarita tagħha għal fatt li l-Kottonera hija l-mekka tal-Ġimgħa Mqaddsa speċjalment fin-nofsinhar ta’ Malta. Din is-sena hija ta’ sfida għall-organizzaturi għall-fatt li ġietna l-opportunita li f’ dan iż-żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa ser titella wirja oħra ġewwa Ħaż Żabbar eżattament fl-Istitut ta’ San Ġużepp li jinsab fi triq il-Mina ta’ Hompesch. 

    Fil-wirja ġewwa l-Isla, wieħed jistà jsib esebiti bosta settijiet ta’ vari li huma maħduma lokalment mill-artisti Salvu Bonello, Lino Fardell u Jeffrey Zarb. Minjatura ta’ Ċena hija maħduma b’ diversi dettalji b’ sett statwetti artistiċi xogħol ta’ Anthony Magri. Wieħed jistà jsib ukoll minjatura tal-Kurċifiss li jinsab fil-Knisja ta’ Ġieżu tal-Belt Valletta. Dan huwa xogħol ta’ Publio Magro. Din is-sena għall-ewwel darba ser tintrama mejda tal-appostli fuq stil Lhudi u li ser tkompli tkabbar il-wirja ta’ din is-sena. Attrazzjoni oħra hija statwa ta’ Kristu Rxoxt li bdiet tinħadem mill-artitst Salvu Bonello u li huwa mill-Isla, imma ma leħaqx lestiha peress li leħaq miet fl’ Lulju 2013. Din ġiet regalata lil- organizzaturi tal-wirja minn John Bonello li jiġi ħu l-istess Salvu. Diversi oġetti sagri oħra  flimkien mal-ambjent sabiħ tal-post ikomplu jikkumplimentaw din il-wirja. Il-wirja ser tkun miftuħa għall-pubbliku mill-Ħamis 6 ta’ April sa nhar il-Ġimgħa l-Kbira, il-Ġimgħa 14 ta’ April. 

    Il-wirja ġewwa Ħaż Żabbar li ser tinfetaħ nhar is-Sibt 8 ta’ April ser tkun tikkonsisti f’ sett vari maħdum ġewwa Spanja. Dan is-sett vari huwa kkumplimentat b’ sett bradelli, simboli, bandalori flimkien ma’ oġetti oħra. Esebizzjoni interessanti ħafna li ser tikkumplimenta din il-wirja hija dik ta ‘il fuq min 150 santa, kollha konnessi mal-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu u li jmorru lura diversi snin, fosthom uħud minnhom imorru lura mall-mitt sena u ħafna minnhom huma wkoll uniċi. Ser tintrama wkoll parti li ser tikkonsisti minn Via Sagra armata b’ diversi simboli, fuħħar flimkien ma’ ambjent li huwa sinonomu ma’ dan iż-żmien qaddis. Il-wirja ġewwa Ħaż Żabbar ser tibqa miftuħa sa nhar Sibt il-Għid. Dawk kollha li jżuru din il-wirja nhar Ħamis ix-Xirka kif ukoll nhar il-Ġimgħa l-Kbira jistgħu jagħmlu wkoll il-visti quddiem ġewwa l-kappella sabiħa  tal-istess Istitut li hija ddedikata wkoll lil San Ġużepp.

    L-organizzaturi ta’ din il-wirja huma s-sinjuri Charlie Ellul, Keziah Ellul, Jurgen Zerafa, Victor Fava u Alan Meli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook