Ħabs għal missier u iben li pprovaw jisirqu minn fabbrika

  • Mar 13, 2018 16:43
  • Miktub minn iNews

    Keith Joseph Mallia ta’ 47 sena u ibnu Mario ta’ 19-il sena, instabu ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati li daħlu ġo fabbrika u pprovaw jisirqu aircondition unit. Filwaqt li Keith weħel sentenza totali ta’ erba’ snin u seba xhur priġunerija, ibnu Mario weħel sentejn u disa’ xhur, hekk kif iż-żewġt’irġiel kellhom sentenzi sospiżi imposti fuqhom.

    Il-każ seħħ Novembru li għadda, wara li l-pulizija rċevew telefonata li kien hemm żewġt irġiel li daħlu ġewwa l-fabbrika J&L Muscat Cold Stores. Meta ġew misjuba mill-pulizija, Mallia u ibnu tennew li kienu daħlu jaqdu l-ħtiġijiet personali tagħhom. 

    Fis-sentenza tiegħu, Il-Maġistrat Joe Mifsud tenna li din il-verżjoni ma kinitx waħda li tagħmel sens: “Jekk xi ħadd jeħtieġ jaqdi l-bżonnijiet tiegħu, għandu jmur f’post abbandunat minflok f’latrina pubblika jew f’xi ħanut fl-inħawi? Huwa veru li min ikun qiegħed jaqdi l-bżonnijiet tiegħu ikollu l-bżonn ikaxkar xi oġġetti, f’dan il-każ iħalli traċċi warajh ta’ qtar taż-żejt frisk li kien ħiereġ mill-apparat misjub fuq il-post?”

    Meta ġie għas-sentenza finali, i-Maġistrat Mifsud tenna li “l-Qorti kkunsidrat in-natura ripetettiva tar-reati mwettqa mill-imputati, kif ukoll in-nuqqas tagħhom li jottemperawhom rwiehom mal-liġi u tal-karattru refrattiv tagħhom. Is-soċjeta jixriqilha protezzjoni minn persuni bħal l-imputati li jaħsbu li jistgħu jibqgħu jgħaddu biż-żmien lis-soċjeta, inkluż il-Qrati. Din il-Qorti ma tistax tibqa’ ċassa quddiem min l-opportunitajiet li jingħata jinjorhom.”

    “Fil-fehma tal-Qorti, fiċ-ċirkostanzi tal-każ, ladarba l-imputati stess ma kienux ħadu l-opportunita mogħtija lilhom f’għadd ta’ okkażżjonijiet, huma jridu jifhmu li jridu jgħinu ruħhom biex Alla jgħinhom. L-imputati ma jistgħux jippretendu li l-Qorti tagħlaq għajnejha għal dawn il-fatti. L-imputati, jekk iridu l-għajnuna, jridu jkunu huma l-ewwel li jxammru l-kmiem, għaliex l-għajnuna ta’ ħaddieħor mingħajr impenn serju tagħhom ma huma ser iwasslu mkien.”

    il-Maġistrat Mifsud iddeċieda li jirrevoka l-ħelsien mill-arrest taż-żewġ imputati, filwaqt li kkundanna liż-żewġ imputati b’sentenza ta’ priġunerija. Kemm il-missier u kif ukoll l-iben kellhom diversi sentenzi sospiżi li ġew mibdula f’ħabs, u waqt l-inkjesta irriżulta wkoll li Mario Mallia m’attendiex il-maġġoranza tas-sessjonijiet ta’ probation, li kienu imposti fuqu minn deċiżjoni preċedenti: Filfatt, minn 34 sessjoni, huwa kien attenda biss għaxra.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0