Allegatament xerred id-droga fit-triq meta nqabad mill-Pulizija... Jibda għaddej ġuri dwar droga

  • Mar 13, 2018 17:40
  • Miktub minn iNews

    Quddiem l-Imħallef Antonio Mizzi dalgħodu beda’ jinstema’ l-ġuri ta’ Herman Mc Kay ta’ 34 sena minn Ħal Qormi, li qed ikun akkużat b’kap wieħed ta’ akkuża, dik li kellu fil-pussess tiegħu d-droga eroina, li nstabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.

    Il-każ imur lura għas-17 ta’ Awwissu 2007, meta l-Pulizija kienu rċevew informazzjoni kunfidenzjali li persuna magħrufa bħala “Mc Kay”, li kienet qed tagħmel użu minn vettura Mercedes ta’ lewn iswed, allegatament kienet qed tittraffika d-droga fi Triq is-Serkin il-Marsa.

    Skont l-Att tal-Akkuża, meta l-Pulizija marru fuq il-post, raw grupp żgħir ta’ żgħażagħ miġbura. Malli dawn iż-żgħażagħ  lemħu lill-Pulizija, bdew jitferrxu, iżda l-Pulizija rnexxielhom iwaqqfuhom u jkellmuhom. 

    Fost dawn il-persuni kien hemm l-akkużat. Meta l-Pulizija bdew ikellmuh, dan poġġa mal-art u ħin minnhom ipprova jarmi ċavetta ta’ vettura Mercedes. 

    Kuntistabbli li kien qed ikellem lill-akkużat ġabar din iċ-ċavetta u flimkien mal-istess akkużat resaq lejn il-vettura, li kienet ipparkjata fuq il-post. 

    Il-Kuntistabbli għafas il-buttuna taċ-ċavetta li kien ipprova jarmi Mc Kay u l-imsemmija vettura nfetħet. L-akkużat dlonk fetaħ il-bieba u f’ħakka t’għajn daħal fiha u fetaħ il-kompartament ta’ taħt l-arm rest tan-nofs. 

    Minn hemmhekk ħareġ borża kannella. Dejjem skont l-Att tal-Akkuża minn din il-borża huwa ħareġ żewġ boroż oħra, ċarrat waħda minnhom u allegatament ferrex il-kontenut tagħha - trab ta’ lewn kannella - fit-triq, liema triq kellha wiċċ imħarbat (bla tarmak). 

    Il-Prosekuzzjoni sostniet li l-akkużat ipprova jagħmel l-istess ħaġa bil-borża l-oħra, iżda l-Pulizija rnexxielhom jeħduhielu. Sussegwentement, huwa ġie arrestat u x-xena tar-reat ġiet ippriżervata sakemm waslu l-esperti forensiċi u għamlu x-xogħol tagħhom.

    Wara eżamijiet li saru mill-ispiżjar maħtur mill-Maġistrat Inkwerenti fuq it-trab kannella li kien il-kontenut tal-boroż li kienu allegatament fil-pussess tal-akkużat, inkluż dak li ġie mferrex fit-triq, irriżulta li dan it-trab kannella f’ammont ta’ 538.16 grammi kien sustanza eroina. 

    Il-purità medja ta’ din l-eroina kienet ta’ madwar 23.1%, bil-prezz bl-imnut ta’ din id-droga jammonta għal €24,755. Fil-pussess tal-akkużat instabu tliet mobile phones kif ukoll LM816, li jiġu ekwivalenti għal €1,900.

    Il-Prosekuzzjoni qed issostni li fiċ-ċirkostanzi msemmija u li fihom instabet din is-sustanza eroina fil-pussess tal-akkużat, juru li din id-droga ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.

    Il-ġuri mistenni jkompli llum. Il-Prosekuzzjoni f’dan il-ġuri qed titmexxa mill-Avukati Elaine Mercieca u Justyne Cilia mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt li għall-akkużat qed jidhru l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook