ARA: L-istat ta’ San Pawl il-Baħar bla Kunsill... skart mhux miġbur, Bandli vvandalizzat, latrini magħluqin

  • Mar 13, 2018 18:09
  • Miktub minn iNews

    L-inkwiet li jinsab fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar iddomina l-aħbarijiet tul dawn l-aħħar ġimgħat. Madanakollu, l-effett negattiv ta’ dan il-battibekk qiegħed jinħass madwar il-Kunsill kollu, hekk kif diversi residenti tal-lokalita kkuntatjaw lil dan il-ġurnal biex jilmentaw fuq it-telqa, kif ukoll in-nuqqas ta’ servizzi bażiċi li tinsab bħalissa fi ħdan il-Kunsill.

    San Pawl il-Baħar huwa wieħed mill-ikbar lokalitajiet fil-gżejjer Maltin: Skont l-istatistika tal-Gvern Lokali, fl-2017 dan il-Kunsill kellu baġit finanzjarju ta’ €1.6 miljun, l-ikbar ammont fost it-68 Kunsill Lokali f’Malta u Għawdex. Filwaqt li mhix xi ħaġa stramba li jkun hemm it-tiżgwid bejn membri ta’ partiti differenti, il-kollass ta’ San Pawl il-Baħar f’dan it-terminu huwa xempju ċara ta’ governanza ħażina, u ta’ nuqqas ta’ konsiderazzjoni tal-ġid komuni ta’ dawn ir-residenti. 

    Infakkru li matul dan it-terminu biss, dan il-Kunsill ra ir-riżenja, fost l-oħrajn, tal-Viċi Sindku David Thake f’Ottubru,; ir-riżenja tal-Kunsilliera Robert Piscopo u Joseph Vella mill-Partit Nazzjonalista f’Novembru, fejn imabgħad baqgħu fil-Kunsill bħala kunsillieri indipendenti; ir-riżenja tal-Kunsillier Matthew John Barbara f’Diċembru; it-theddida ta’ vot ta’ sfiduċja fil-konfront tas-Sindku, u fl-aħħar ir-riżenja ta’ Graziella Galea minn Sindku fl-10 ta’ Jannar.

    Inewsmalta mar fuq id-diversi postijiet fil-lokalita li ġew indikati mid-diversi resideti li kkuntattjawna, fejn fost l-oħrajn innota ammont kbir ta’ skart mhix miġbur, latrini pubbliċi magħluqin, makkinarju tad-dawl perikolożament esposti, bandli pubbliċi vvandalizzati, kif ukoll toroq fi stat urġenti ta’ tiswija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0