Żagħżugħ mixli li għamel użu minn karozza misruqa

  • Mar 13, 2018 19:04
  • Miktub minn iNews
"

    Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Raħal Ġdid ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq fil-Qorti mixli li nhar it-Tnejn li għadda, għall-ħabta tas-2.30 a.m. f’Ħal Tarxien, għamel użu minn karozza misruqa.

    L-imputat, li ismu mhux qed jixxandar fuq ordni tal-Qorti minħabba li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja, kien mixli li laqa’ għandu ħwejjeġ misruqa u li saq karozza mingħajr ma kellu liċenzja tas-sewqan u mingħajr ma kien kopert b’polza ta’ assigurazzjoni.

    Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li jiffirma l-Għassa ta’ Raħal Ġdid kull nhar ta’ Tnejn u Ġimgħa bejn it-8.00 a.m. u t-8.00 p.m. u fuq garanzija personali ta’ €5,000.

    Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli ordnat ukoll il-ħruġ ta’ ordni ta’ superviżjoni temporanju biex l-imputat jiġi segwit pendenti l-proċeduri. 

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Chantelle Casha waqt li ż-żagħżugħ kellu  lill-Avukat Leontine Calleja tassistih.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0