Il-mewt ta' Zach tibqa' misteru

  • Mar 14, 2018 09:57
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Pulizija u l-esperti mqabbda mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit komplew jippruvaw jaqbdu tarf tal-kobba mħabbla f'dik li tidher li hi l-mewt ta' Zach Meli.

    Il-ġuvni ta' 24 sena mis-Swieqi miet il-Ħadd wara li kmieni fl-istess jum waqa' f'Paceville.

    Għall-ewwel kien maħsub li Meli qala' daqqa ta' ponn mingħand barrani u kien anke arrestat Bulgaru ta' 19-il sena li kien anke mistenni jitressaq il-Qorti t-Tnejn.

    Madankollu l-awtopsja qajjmet dubji kbar kemm Meli ġie aggredit għall-fatt li ma nstabu ebda marki viżibbli.

    Dan meta l-kuġina tiegħu Wedley Titziana Zammit sostniet li kien hemm żewġ barranin li daru miegħu u nqatel b'daqqa waħda ta' ponn.

    Matul il-jum tal-bieraħ l-investigaturi komplew janalizzaw il-filmati tas-CCTV cameras fl-inħawi biex jippruvaw jistabilixxu jekk iż-żagħżugħ kienx aggredit jew le.

    Huma qed jistennew ukoll l-eżitu tal-analiżi tossikoloġika fuq Meli biex jaraw kienx hemm xi sustanzi illeċiti involuti.

    Sadanittant, fuq mezz tax-xandir ieħor intqal li l-Pulizija qed teskludi li huwa miet b'daqqa ta' ponn.

    Jekk ir-raġuni għala l-ġuvni tilef ħajtu għadha misteru, il-każ wera kemm hawn Maltin li huma mxebbgħin bil-barranin.

    Malli isem il-Bulgaru ħareġ f'uħud mill-mezzi tax-xandir kienu bosta dawk li rrikorrew għal Facebook biex jgħajjruh tant li l-istess żagħżugħ kellu jwaqqaf il-profil.

    Waqt li kien hemm min għajjru bi kliem bħal “demel” u oħrajn qalu li kellu jiġi ittorturat, oħrajn sejħu għal azzjoni kontra l-barranin b'min saħansitra jħeġġeġ lill-Gvern biex ikeċċi lill-Bulgari.

    Il-mod kif qed jiżvolġi l-każ wassal biex mill-banda l-oħra kien hemm Maltin oħra li ikkundannaw il-fatt li wħud diġa qatgħuha li kien il-Bulgaru arrestat li qatlu meta l-fatti s'issa mhux jikkorraboraw is-suspett li seta kien hu li aggredih.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0