inewsmalta.com



Front Ħarsien ODZ kontra guest house ta’ ħames sulari f’Wied Għomor

  • Mar 14, 2018 11:08
  • Miktub minn iNews

    Il-Front Ħarsien ODZ qed titlob lill-Awtorità tal-Ippjanar biex ma tapprovax il-ħruġ ta’ permess għal guest house ta’ ħames sulari f’Wied Għomor, f’sit li oriġinarjament kien jikkonsisti minn store ta’ 60 metru kwadru. Il-Front wera t-tħassib tiegħu għall-iżvilupp li qed isir fiż-żona, wara li fl-2015 kien approva żvilupp ta’ 200 metru kwadru fuq l-istess sit.

    Il-Front Ħarsien ODZ talab lill-Awtorità tal-Ippjanar biex jimxi mar-rakkomandazzjonijiet maħruġin mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi li qed toġġezzjona għall-iżvilupp minħabba l-impatt viżiv li tali żvilupp se jkollu fuq Wied Għomor. Front Ħarsien ODZ temm jgħid li dan l-iżvilupp se jkun qed joħloq preċedent dwar artijiet vaganti f’din iż-żona.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook