Iffirmat ftehim ta’ ħarsien għal Manoel Island … Mis-sena li ġejja jibda l-bini ta' 350 unit residenzjali

  • Mar 14, 2018 11:34
  • Miktub minn iNews

    Għadu kemm ġie ffirmat il-ftehim ta’ ħarsien ta’ Manoel Island bejn il-konsorzju MIDI plc u l-Kunsill Lokali tal-Gżira.

    Permezz ta’ dan il-ftehim twaqqfet il-Fondazzjoni Manoel Island li tikkonsisti mis-Sindku tal-Gżira Konrad Manche bħala Ċerpersin, l-Avukat Pierre Bonello, id-Deputat Sindku tal-Gżira Ralph Mangion, u l-Kap Eżekuttiv tal-Midi Mark Portelli.

    L-għan ewlieni tal-fondazzjoni hija li l-Midi tonora l-obbligi tagħha. Il-ftehim ġie ffirmat fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat li faħħar dan il-ftehim u qal li għandu jservi ta’ mudell għal sitwazzjonijiet oħrajn bħal żviluppi f’wirt storiku.

    Il-proġett jikkonsisti minn partijiet minnu allokati għal żona residenzjali fejn b’kollox se jkun qed jinbnew 350 unit residenzjali, il-fortizza li se tiba’ miftuħa għall-pubbliku, restoranti, u kif ukoll ikun hemm 80,000 metru kwadru ta’ park li wkoll se jkun miftuħ għall-pubbliku.

    Il-konsosrzju jistenna li l-Awtorità tal-Ippjanar tapprova l-proġett din is-sena, u s-sena d-dieħla jibda l-bini tal-units residenzjali.

    Ir-restawr fuq il-fortizza hija kważi lesta u kulma baqa’ huwa l-foss li jrid jiġi rranġat.

    Il-proġett se jieħu seba’ snin biex jitlesta u se jkun qed jiswa madwar €450 miljun.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0