Johan salvat wara li xi ħadd jisparalu u jabbandunah fiż-Żejtun … Instab li kellu anke ċomb fis-sinsla

  • Mar 14, 2018 12:06
  • Miktub minn iNews

    “Kemm hawn nies bla qalb, biex jisparaw lil kelb għal xejn b’xejn.” Hekk saħqet l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati b’referenza għall-istorja ta’ kelb, żvelata minnhom, li safa vittma ta’ moħqrija kbira.

    Il-kelb li nhar il-Ħadd li għadda ġie salvat fiż-Żejtun mill-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati jirriżulta li kien vittma ta’ moħqrija, b’testijiet li sarulu jindikaw li xi ħadd sparalu bil-konsegwenza li ġismu huwa mimli ċomb.

    Il-kelb, li ngħata l-isem ta’ Johan, kien rapportat li kien ilu jiġri fit-toroq tal-lokalità għal aktar minn xahrejn. Madankollu mill-ewwel deher evidenti li l-kelb kien muġugħ u minkejja li ngħatawlu mediċini biex itaffilu l-uġigħ dan kien kollu ta’ xejn.

    Kien wara li l-veterinarju ddeċidew li jissottomettuh għal X-ray li ħareġ ċar li xi ħadd kien spara lill-kelb b’numru ta’ ċomb f’ġismu, saħansitra anke fis-sinsla ta’ dahru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook