Il-ġuri Herman McKay: Jingħad li gidem borża b'500 gramma eroina u xerridha mal-art xħin ra lill-Pulizija

  • Mar 14, 2018 12:46
  • Miktub minn iNews
    Illum, tkompla l-ġuri ta’ Herman Mckay quddiem l-Imħallef Antonio Mizzi. Mckay kien akkużat li fl-2007, il-Pulizija kienu arrestaw lil McKay fuq pussess ta’ droga. Jirriżulta li McKay, xħin induna bil-pulizija, mill-ewwel daħal fil-karozza ta’ tip Mercedes sewda, ħareġ borża minn ġewwa l-console tal-isess vettura, gidimha bi snienu, u xerred l-kontenut tagħha mal-art, sakemm il-pulizija eventwalment ġie miżmum mill-Pulizija. Wara l-eżamijiet li saru mill-pulizija forensika, jirriżulta li ġo din il-borża li kien hemm fil-vettura, kien hemm madwar 500 gramma tad-droga eroina. Il-Mercedes inkwistjoni rriżulta li ma kinitx tas-Sur McKay, iżda tal-kunjata tiegħu.
     
    Madankollu, skont l-eks-Spettur Pierre Grech li fiż-żmien li seħħ il-każ kien parti mid-Drug Squad fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, is-Sur McKay kien, għal diversi drabi, osservat mid-diversi pulizija li kellu l-vettura fil-pussess tiegħu u kien qiegħed isuqha. Jirriżulta li meta ġie arrestat, is-Sur McKay kellu fuqu wkoll 3 mobiles ċellulari, li tnejn minnhom inġabru u ġew mogħtija lill-Espert tal-Qorti biex jiġu analazzati, kif ukoll ammont ta’ flus mkemmxa li kienu jammontaw għal Lm800.
     
    L-avukati tal-imputat staqsew lil Grech għaliex fil-mandat oriġinali li kien ħareġ l-Imħallef Silvio Meli, li dak iż-żmien kien maġistrat, kien intqal li nstabu kemm droga eroina kif ukoll kokaina. Grech wieġeb li ma kienx ċert eżatt x’intqal, però l-konferma tat-tip ta’ droga li kienet mxerrda setgħet tiġi konkluża biss mill-Espert Forensiku.
     
    Iktar aġġornamenti fil-ħin li ġej.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0