‘Floats’ tal-għawm irtirati minn fuq is-suq lokali minħabba perikli

  • Mar 14, 2018 14:58
  • Miktub minn iNews
"

    Id-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq fi ħdan id-Diviżjoni tar-Regolamenti Tekniċi tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), irtira mis-suq numru ta’ floats għall-għawm intenzjonati għat-trabi minħabba li jafu jkunu ta' periklu meta jintużaw.

    Dawn instabu li huma ta’ riskju serju għax it-tarbija tista’ tegħreq minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

    • Il-qiegħ ċatt ta’ dawn il-floats jimplika instabbiltà u b’hekk għandhom ċans akbar li jinqelbu.
    • Minħabba li l-proporzjon tal-area hu ikbar meta mqabbel mal-volum, jiżdied iċ-ċans li l-float bit-tarbija jinġarr mal-kurrent.

    Dan wassal lid-Direttorat biex jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jiżgura l-irtirar ta’ dawn il-prodotti mis-suq lokali.

    Il-konsumaturi li xtraw il-prodotti msemmija hawn fuq għandhom immedjatament jieqfu jużawhom u jirritornawhom għand tal-ħanut minn fejn xtrawhom.

    Id-Direttorat ifakkar lill-manifatturi u lill-importaturi biex dejjem iqiegħdu fuq is-suq prodotti siguri. Barra minn hekk, kull min hu responsabbli mit-tqegħid tal-prodotti tagħhom fis-suq għandu jiżgura li huma konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

    Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq 2395 2000 jew fuq info@mccaa.org.mt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0