inewsmalta.com



304 ċiklu ta’ IVF matul l-2017

  • Mar 14, 2018 16:19
  • Miktub minn iNews

    Matul is-sena li għaddiet f’pajjiżna saru 304 ċikli ta’ IVF, 229 minn dawn iċ-ċikli saru fl-Isptar Mater Dei filwaqt li 75 ċiklu saru fis-settur privat. 

    Din l-informazzjoni ħarġet mir-Rapport Annwali tal-Awtorità għall-Promozzjoni tal-Embrijun, li d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lbieraħ.

    Dawn it-304 ċikli wasslu għal 66 tqala, 21.71%. Minn dawn, 12-il mara sofrew korriment, 22 kellhom tarbija filwaqt li 32 għadhom qed jistennew tarbija.

    Matul l-2017 twieldu 48 tarbija, 24 bniet u 24 subien minn ċikli li saru fl-2016 (April sa Novembru). B’hekk, it-total ta’ trabi bl-IVF minn ċikli li saru fl-2016 kien ta’ 62, 29 bniet u ta’ 33 subien. It-take-home baby rate għall-2016 kienet ta’ 20.15%.

    Minn ċikli li saru fl-2017 diġà twieldu 28 tarbija, 13-il tifel u 15-il tifla. Mistennija jitwieldu 36 tarbija oħra minn ċikli li saru fl-2017 biex b’hekk it-total ta’ trabi li jkunu twieldu b’ċikli ta’ IVF li saru matul l-2017 mistenni jkun ta’ 64 tarbija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook