Malta bl-aqwa żieda fl-impjiegi fl-Unjoni Ewropea u fl-istorja

  • Mar 14, 2018 17:05
  • Miktub minn iNews

    Fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet, l-ekonomija Maltija reġgħet kellha l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-impjiegi fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Imqabbel mat-tielet kwart tas-sena kien hemm żieda ta’ 1.8% f’Malta, b’kuntrast ma’ tkabbir ta’ 0.2% fl-Unjoni Ewropea. 

    Iż-żieda osservata bejn it-tielet u r-raba’ kwart f’pajjiżna trid tittieħed fil-kuntest li anke fil-bqija tal-2017 kien hemm tkabbir qawwi fl-impjiegi. Fil-fatt, meta mqabbel ma’ sena qabel, l-ammont ta’ impjiegi f’pajjiżna fl-aħħar kwart tal-2017 kien 6.1% aktar. Dan ifisser tkabbir ta’ erba’ darbiet iktar mill-medja Ewropea. 

    L-istatistika tal-Eurostat turi li, bħala medja, fl-2017 l-impjiegi f’pajjiżna żdiedu b’5.4%. Din hi l-ogħla żieda li qatt ġiet osservata għal pajjiżna mindu bdew jinġabru dawn il-figuri fl-1995. Qabel l-2013, bħala medja, l-impjiegi f’pajjiżna kienu jikbru b’1.1% fis-sena. Minn wara l-bidla fil-gvern, ir-rata ta’ ħolqien ta’ impjiegi żdiedet bi kważi ħames darbiet.

    L-istatistika tal-Eurostat tikkonferma wkoll li, mill-2013 ’il hawn, pajjiżna - sena wara sena - kellu dejjem l-akbar żieda fl-impjiegi minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-rekord juri kemm it-tkabbir ekonomiku qawwi f’pajjiżna wassal għal opportunitajiet bla preċedent ta’ xogħol u għal titjib fil-qagħda tal-familji tagħna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0