L-Awtorità dwar il-Mediċini implimentat b’suċċess miżura tal-Baġit 2018 fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-ġdida

  • Mar 14, 2018 18:36
  • Miktub minn iNews

    L-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini organizzat konferenza informattiva flimkien mal-Organizzazzjoni għall-Professjonisti tax-Xjenza Regolatorja (TOPRA), bit-tema ‘Innovative Approaches to Excellent Regulatory Sciences’, dwar regoralizzazzjoni Ewropea u proċeduri għal mediċini. Għall-konferenza, li kienet f’forma ta’ diversi laqgħat mifruxa fuq tliet ijiem, attendew professjonisti u membri tal-Awtorità u membri minn TOPRA. 

    B’kollox kienu sebgħin parteċipant li attendaw għal dawn il-laqgħat li ffukaw fuq żvilupp fil-farmaċewtika u l-kimika, kontroll ta’ operazzjonijeit kliniċi, proċeduri Ewropej u product labelling, hekk kif ir-regoralizzazzjoni tal-ogħla kwalità fix-xjenza qed issir parti essenzjali fil-kura tas-saħħa, tnaqqas ir-riskji u timmassimizza l-effettività għall-benefiċċju tal-pazjenti.

    Il-konferenza, li ġiet fi tmiemha llum, kienet indrizzata mis-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista. F’diskors li għamel huwa fisser l-importanza ta’ dawn il-laqgħat informattivi li servew ukoll bħala taħriġ għal dawk li attendew.

    “B’din l-inizjattiva, l-Awtorità dwar il-Mediċini qed timplimenta b’suċċess miżura tal-Budget 2018 fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-ġdida”, qal Deo Debattista.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0